IT-TEATRU TA' ORESTE CALLEJA

 

PALK MALTI
KONTEMPORANJU

"Territorju ġdid
għall-MTV...

 
ANESTESIJA: 
IL-POLEMIKA

"The most controversial play ever put on."
 

...dagħwa artistika
- ħ
merija grassa."

 

   DRAMMI                    XENEJĠĠATURI               PUBBLIKAZZJONIJIET                   BIJOGRAFIJA                 ARKIVJU   

 John Suda - Beppo Anestesija 1972


WARA LI "ANESTESIJA
" ntweriet fuq it-televizjoni lokali fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju tat-twaqqif tal-istazzjon MTV, il-kontroversja li qamet fil-ġurnali damet għaddejja bosta ġimgħat bejn Settembru u Ottrubru 1972.

Dawn huma xi ftit mill-artikli ta' dak iż-żmien li jagħtu idea ċara ta' x'kienu l-argumenti tal-ġurnata u kemm jistgħu ikunu differenti minn dawk ta' llum.


 

 

 

First broadcast on REDIFFUSION
in August 1969 with the following cast:

Karmenu Gruppetta
Johnny Navarro
Danny Callus
Josephine
Zammit Cordina
Victor Soler
Edwin Vella
Charles Scembri
Carmel Cuschieri
Alfred Scicluna
Christopher Warren
&
Donald Sammut

 

 


WARA “ANESTESIJA”
“ANESTESIJA”: Awtur Oreste Calleja. Reġista Albert Marshall

                        
 "QADŻA KBIRA ‘L QUDDIEM MILL-MTV"
"...mijiet ta' telefonati biex ma tkomplix tidher."

 

Waqt li kienet qed tidher il-ġimgħa li għaddiet l-istazzjon lokali tat-televiżjoni ġie bbumbardjat b’mijiet ta’ telefonati biex ma tkomplix tidher. L-għada fil-għodu għand tal-merċa n-nisa qalu li tal-MTV qed jittilfu rashom. L-irġiel qalu li ta’ l-MTV għaddew iż-żmien bihom. Iċ-ċiniċi ssuġġerew li qabel dehret “Anestesija”, l-MTV messu qal li teledramm ġie kklassifikat “IO”, imġienen only.

Jekk kien għad baqa’ xi dubju kemm persentaġġ enormi tal-poplu Malti għadu lura mentalment, dan tneħħa wara r-reazzjoni immatura li segwiet “Anestesija” il-kummenti pwerilili għaddiet il-massa wara l-wiri ta’ dan id-dramm fuq it-televiżjoni tagħna juru bosta ħwejjeġ fosthom:

(i) li kien għall-massa, awturi ta’ stamina u ta’ kalibru bħal Oreste Calleja jistgħu jmorni jindifnu bla ċerimonja.

(ii)
   illi fost il-poplu jsaltan dlam kbir f’dak kollu li jmiss valuri intellettwali;

(iii)
   li l-istazzjoni televisiv lokali jista’ jagħti raġun lilu nnifsu illi teledrammi ta’ din il-bixra mħux biss mhumiex apprezzati imma jħarrxu lill-kotra tal-poplu. (ikompli)

L-ORIZZONT - 5 ta' Ottubru, 1972

 

 


From the weekly
TV/Radio guide,
IL-GWIDA, August 1969.

 


IL-KONTROVERSJA TA'  WARA

"In-numru ta' nies li ma jafx japprezza l-isforzi qalbiena
ta' nies bħal Marshall u Calleja m'għandux jikkondizzjona xandir intelliigenti.
"

na m'aħniex qed insemmu mill-ġdid dan id-dramm għax ipprova jirredikolah Charles Clews din il-gimgħa fuq programm li lanqas irridu nsemmuh tant kemm kien imqanżaħ, imma għal raġunijiet aktar serji.

Veru li l-maġġoranza tan-nies dan id-dramm ma fehmuhx. Veru li ħadd ma jaf għaliex ir-reġista qabbad tifla tagħmel il-parti ta' tifel. Veru li d-dramm kien mgħobbi bis-simboliżmu. Imma veru wkoll li ma kienx ridikolu bħalma ried donnu jgħidilna Charles Clews, Is-Sur Clews aħjar jgħidilna kemm huma banali, psataż u ħamalli x-shows ta' ċertu "ħabib kbir tiegħu" li jekk id-diċeriji huma bbażati fuq is-sod ma ndumux ma narawh iwaqqa' l-unur artistiku tal-Manoel għaċ-ċajt b'dik il-ħamallaġni li hemm fl-aħħar verż joni tax-show ta' Karmena Abdilla. (ikompli)

                                                                                IL-MUMENT, Il-Ħadd 15 ta’ Ottubru 1972




ANESTESIJA
on MTV
(
Malta Television Service)
2
7 th. September 1972


Cast
Catherine Bartolo Pulis
John Suda
Joe Zammit Cordina
Marlene Psaila
Alfred Mallia

Produce/rDirector
Albert Marshall

 


THE "ABSURD" THEATRE                                  "MTV were right in taking the plunge"

PUBLIC REACTION to last Wednesday's play on MTV — described as a further contribution towards the introduction of the "theatre of the absurd" in Malta — was hostile to say the least about it. It is a fair bet that many televiewers switched over to the film on RAI during the play. There could have been two reasons for this: firstly a play such as "Anestesija" does not appeal to the larger majority of Maltese televiewers who seek in drama only light entertainment of the kind of the cliché-ridden stage productions which used to be put up every weekend in parish halls all over Malta; secondly it is not improbable that a substantial number of televiewers may tend to dismiss too lightly such material as last Wednesday's play, if only not to exert themselves to make the intellectual effort thee "absurd" theatre demands of its audience if it is to be understood and appreciated. at least in part.

Admittedly, the Maltese in general – and for that matter the larger majority of the theatre-going masses, here and in other countries — are subconsciously "suspicious" of more modern productions.  (ikompli)

THE MALTA NEWS, September 29th,1972



 



WARA "ANESTESIJA"
                                                                                  "Inkisru l-limiti tat-truf u l-forom"


II-polemika li qanqal it-teledramm ta' Oreste Calleja, jekk insaffuha mill-għanqbut kollu li tħallat magħha, għandha tolqot żewġ ħwejjeġ: is-siwi tax-xogħol ta' Calleja, u l-fedelta u l-koerenza teknika tal-produzzjoni ta' Albert Marshall. Għandi l-impressjoni li uħud minn dawk li tkelImu ħalltu ħaġa ma' ħra, ġibdu linji dritti, u ma qisux kollox minn naħiet definiti.

Qabel xejn, Oreste Calleja, kittieb li - qala' kemm qala' tgħajjir - min qrah jaf li hu tajjeb, kiteb radjudramm, u mhux teledramm. Id-differenzi, l-iżjed f'dawk li huma dimensjonijiet li jidhru mhux jinħassu, jaf bihom kulħadd,. Bħala radjudramm, "Anestesija" taqbad tliet li-velli: l-ewwel il-livell tas-sensi, sakemm it-tifel jitlef lil ommu u lil missieru minħabiba l-kummiedja, u jidħol f'dinja oħra; it-tieni, il-livell mhux kuxijenti fejn il-ġlieda tal-persunalitajiet u l-valuri titfisser f'simboli meħudin mill-kummiedja u n-nies tagħha; it-tielet, il-wasla lura, kicsħa u bierda, lejn id-dinja tas-sensi, bl-effetti kollha li laħqu ħarġu.

Fl-infinita' tar-radju, dan il-beraħ kollu seta' joħroġ tajjeb. Setgħet toħroġ il-ħeffa tat-tidwir, l-indħil tal-folla bejn individwi, il-hsejjes inpersunali li joħonqu ċ-ċokon sieket tat-tifel, il-kuxjenza dejjiema li ma tikber qatt ui hija dejjem l-istess fina, nikbru kemm nikbru.
  (ikompli)

IL-MUMENT: 22 ta' Ottubru 1972
 

   


POST MORTEM OF ANESTESIJA

                              "Let the "Anestesija"s of the future... capture the 'reluctant'

               audiences through a systematized series of teleplays catering for every taste."


WHILE the rest of the family quarreled and debated whether it should be the RAI 'Secondo' or the national, MTV were screening what should prove as the most controversial play ever put on — "Anestesija" by Oreste Calleja who seems to have the knack of attracting public reaction.

I have no doubt whatsoever that "Anestesija" was never intended to retain the same TV audiences attributed to the more conventional works shown on the small screen, but the very negative public reaction that has en-sued can only be described as 'bitter disappointment.

One friend of mine asked: Was this a play in the "Theatre - of - the - absurd'* mould, or was it an absurd play?
(ikompli)

 

           MALTA NEWS - 30 th September 1972   


          









 
 

 

   

MIN TA PERMESS BIEX ISSIR IL-FAMUZA "ANESTESIJA"?
                                                          

"Dagħwa artistika ta' teatru taparsi modern!"
"Ħmerija grassa li ma tinħafirx!"


NIXTIEQ il-lum nistaqsi lill-amministraturi tal-MTV, jew lill-bord jew panel ligħandhom, jekk ħasbux li spiċċaw il-plays tad-dinja kollha biex kellhom jirrikorru għal dik il-hmerija grassa u li ma tinħafirx li l-awtur tagħha Oreste Calleja sejħilha “Anestesija”.Trid, tabilħaqq, tkun taħt anestesija qawwija biex tagħmel siegħa thewden u tipproduċi ċ-ċuċati kollha li rajna fuq it-television, proprju lejlet il-għaxar anniversarju tiegħu. Lil Oreste Calleja ma ngħidulu xejn. X'naqbdu ngħidulu? Huwa beda jara t-tifħir li xi wħud fajjru lil Frans Ebejer, u qal f'qalbu: Iva allura jien ma nafx inħażżeż xi ħaġa li ma jifhimha ħadd, taparsi li hija għolja, u ma jissugrawx igħidu li ma fehmu xejn għax joħorġu ta' antiki? Ta' mhux istruwiti fl-arti drammatika? Possibbli jiena m'inix kapaċi noħloq xi ħaġa li anqas jiena stess ma nifhem xi tfisser, nagħtiha lil xi Albert Marshall jipproduċiha u naraw x'joħroġ? dagħwa artistika ta' teatru taparsi modern. bi kliem “cheap” u fantasija tal-ħabba gozz. 
(ikompli)
                                                     

   

IX-XEWKA - 7 ta' Ottubru, 1972


 
PALK MALTI KONTEMPORANJU                BIJOGRAFIJA                      DRAMMI                XENEĠĠJATURI           PUBBLIKAZZJONIJIET                       ARKIVJU