John Suda - Anestesija - Teatru Malti

 

Mikielang Borg Drama Centre production 2007

   

DRAMMI             XENEĠĠJATURI            PUBBLIKAZZJONIJIET                     ARKIVJU              BIJOGRAFIJA         

 


 

 


2015
YOUTH THEATER
FESTIVAL


Ritratti: Mario Casha

Manuel Cassar
Producer



"TIJATRU
TA' NHAR TA' HADD"
uq ir-
REDIFFUSION
Awwissu 1969.

Hadu sehem

Karmenu Gruppetta
Johnny Navarro
Danny Callus
Josephine
Zammit Cordina
Victor Soler
Edwin Vella
Charles Scembri
Carmel Cuschieri
Alfred Scicluna
Christopher Warren
&
Donald Sammut



From the weekly
TV / Radio guide,
IL-GWIDA, August 1969.

***************



John Suda - Beppo (MTV)

 


ANESTESIJA kien it-tieni dramm impenjat ta' Oreste Calleja u nkiteb fl-1969. Qablu kien kiteb u xandar "Għollieq fis-Serra", id-dramm li minnu tnebbaħ "Għasfur taċ-Ċomb" fl-1992.

Id-dramm ixxandar l-ewwel darba fuq ir-Rediffusion fit-28 ta' Awissu,1969 u rebaħ ir-Rediffusion Silver Star  għas-sena 1970.

L-istorja  tad-dramm (kif deskritta fil-ħarġa tal-GWIDA numru 522, f''Settembru tal-1972) hija msejsa fuq "elementi allegoriċi u simboliċi, b'element qawwi tat-Teatru tal-Assurd," stil li l-awtur sfrutta fi drammi tiegħu tal-epoka, inklużi En Passant, Satira, Għargħar u Iġsmaiħirsa.

Żgur pero li ħadd ma stenna r-reazzjoni qawwija li kien hemm wara li d-dramm ġie adattat u  mxandar mill-MTV, taħt id-direzzjoni ta' Albert Marshall.


ANESTESIJA fuq it-televiźjoni  MTV SETTEMBRU 1972


Joe Zammit Cordina,
Alfred Mallia u Marlene Psaila


Catherine Bartolo Pulis 
u John Suda
 

"Territorju ġdid għall-MTV..." 

IL-POLEMIKA u l- POST MORTEM
WARA LI ANESTESIJA
 ntweriet fuq it-televizjoni lokali, il-kontroversja li qamet fil-ġurnali damet għaddejja bosta ġimgħat.

"The most controversial play ever put on!"

Ara xi ftit mill-artikli ta' dak iż-żmien li jagħtu idea ċara ta' x'kienu l-argumenti tal-ġurnata u kemm huma jew m'humiex differenti minn dawk ta' llum. Fuq il-lemin - siltiet minn dak li nkiteb - favur u kontra.

"ippermettili
 ...nobżoq f'wiċċu"

"MTV were right
in taking the plunge"


THE MALTA NEWS
September 29th, 1972

"Inkisru l-limiti
tat-truf u l-forom!"


 


 SILTA                                           

Storbju ta� strumenti tal-mużika jinqalbu.

BUFFU (kemmxejn imqanżaħ): Hekk tajjeb, tifel? X�jidhirlek eh?

TIFEL: Kemm int taċ-ċajt!

BUFFU: Taċ-ċajt? Dażgur li taċ-ċajt! X�buffu nkun jekk ma nkunx taċ-ċajt, tajba din. Imma ħej, jekk nibqa� rasi �l isfel tuġgħani l-qargħa. Din l-art iebsa wisq.

TIFEL (jidħak)

BUFFU: Meta kont żgħir jien u sejjer l-iskola ħbatt rasi ma�pulizija oħxon liebes il-frakk u t-tomna, u ħej minn dakinhar rasi baqgħet tuġagħni.

TIFEL (jidħak)

BUFFU: Tidħak, hux? Nieħu gost narak tidħak. Imma ħej ma nistax indum aktar hekk, tafx... Imma stenna ftit! Dan kif int rasek �l isfel, tifel?

TIFEL: Jien?

BUFFU: Iva, int! Lilek qed ngħid!

TIFEL: Imma jien m�iniex rasi �l isfel!

BUFFU: M�intix? Imma int Żgur? - Ara, ara! Ukoll il-karavana rasha �l isfel... U dawk is-siġar - dawk in-nies hemm fuq - dawk ukoll rashom �l isfel! Kollha kemm huma rashom �l isfel u ma jafux!

TIFEL (jidħak): Kif ma jafux? Kieku rashom �l isfel ma jħossuhiex tuġagħhom rashom kif tħossha int?

BUFFU: U huma jħossuha wkoll; iżda dawk jidħku biex jinsew! M�intix tismagħhom x�jidħku?

TIFEL: Għalhekk dejjem jidħku mela.

BUFFU: Għalhekk, l-imsejkna. (Pawsa) Dak x�inhu hemm isfel?

TIFEL: Dak? Għall-qamar qed tgħid?

BUFFU: Qamar? Tgħidx ħmerijiet! Jien isfel għedt, mhux fuq. Sakemm ma jkunx qamar fil-bir - kieku iva, jista� jkun isfel, jekk tifhem xi rrid ngħid.

TIFEL: Imma dak il-qamar! U fuq qiegħed - fis-sema! Fis-sema!

BUFFU: Is-sema! Il-ġenna?

TIFEL: Is-sema!

BUFFU: X�kull waħda, x�kull waħda! Meta jew id-dinja kollha qed itiha tal-qamar - jew inkella l-qamar qed itih tal-qamar! Jew forsi - forsi jien rasi �l isfel!

TIFEL: Imma int qiegħed rasek �l isfel!

BUFFU: Jien? Iva bilħaqq, hux! Mela għalhekk qed tuġgħani rasi. Meta kont żgħir kont sejjer il-knisja u ħbatt rasi ma� pavaljun tal-festi mperreċ taħt sema ikħal imniġġeż bil-porvli tal-murtali, u ħej, minn dak inhar rasi baqgħet tuġgħani. U għadha tuġagħni... Jimporta jekk ma nibqax rasi �l isfel, tifel. Nixtieq nistrieħ ftit.


Ritratt ta' fuq mill-Produzzjoni fiċ-Ċentru tad-Drama, Mikielanġ Borg - 2007


 



The Drama Centre - 2015
 


 

 



MTV 1Oth Anniversary
Issue no. 522 of IL-GWIDA 
24-30 th September 1972

ALBERT MARSHALL
Director


Set design
Toni Demicoli


 

 

 

 

 

 

 


 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANestesija son poster.jpg (126563 bytes)

Anestesija at San Anton School
on its 10 th Anniversary.

     

 

Indikazzjoni li l-iskript tad-dramm hu disponibbli

L-ISKRIPT
tad-dramm.

Nota dwar l-użu.

 

Anes Buftif.gif (42455 bytes)

 

1999
Ritratti minn Anestesija
part
i minn collage drammatiku
 meħud minn

4 DRAMMI
 
kif imtella'  mill-istudenti ta'
l-Iskola Nazzjonali tad-Drama
Mikelan
ġ Borg  
taħt id-direzzjoni ta'
PAUL PORTELLI.
 
anestesija mtada 2 girl oval.jpg (128546 bytes)

Fost dawk li ħadu ħadu sehem:
Desir�e Caruana, Il-Buffu
Anna Formosa, It-Tifel.

anestesija mtada 2.jpg (172988 bytes)

anestesi.GIF (56766 bytes)
 

PALK MALTI KONTEMPORANJU

               BIJOGRAFIJA                      DRAMMI            XENEĠĠJATURI                    PUBBLIKAZZJONIJIET                           ARKIVJU