www.orestecalleja.com


 

  WARA "ANESTESIJA"  

II-polemika li qanqal it-teledramm ta' Oreste Calleja, jekk insaffuha mill-għanqbut kollu li tħallat magħha, għandha tolqot żewġ ħwejjeġ: is-siwi tax-xogħol ta' Calleja, u l-fedelta u l-koerenza teknika tal-produzzjoni ta' Albert Marshall. Għandi l-impressjoni li uħud minn dawk li tkelImu ħalltu ħaġa ma' oħra, ġibdu linji dritti, u ma qisux kollox minn naħiet definiti.

Qabel xejn, Oreste Calleja, kittieb li - qala' kemm qala' tgħajjir-min qrah jaf li hu tajjeb, kiteb radju-dramm, u mhux teledramm. Id-differenzi, l-iżjed f'dawk li huma dimensjonijiet li jidhru mhux jinħassu, jaf bihom kulħadd,. Bħala radjudramm, "Anestesija" taqbad tliet li-velli: l-ewwel il-livell tas-sensi, sakemm it-tifel jitlef lil ommu u lil missieru minħabiba l-kummiedja, u jidħol f'dinja oħra; it-tieni, il-livell mhux kuxijenti fejn il-ġlieda tal-persunalitajiet u l-valuri titfisser f'simboli meħudin mill-kummiedja u n-nies tagħha; it-tielet, il-wasla lura, kicsħa u bierda, lejn id-dinja tas-sensi, bl-effetti kollha li laħqu ħarġu.

Fl-infinita' tar-radju, dan il-beraħ kollu seta' joħroġ tajjeb. Setgħet toħroġ il-ħeffa tat-tidwir, l-indħil tal-folla bejn individwi, il-hsejjes inpersunali li joħonqu ċ-ċokon sieket tat-tifel, il-kuxjenza dejjiema li ma tikber qatt ui hija dejjem l-istess fina, nikbru kemm nikbru. Calleja kiteb għar-radju. Fl-għeluq tat-televizjoni, u l-iżjed fiċ-ċokon tagħna, dan is-sens ta' spazju ma setax joħroġ. Anzi deher il-kuntrarju, iI-qasma bejn id-dinjiet differenti ma setgħetx tinħass, u l-qlib minn livell ta' kuxjenza għal ieħor lanqas ma seta' jidher.

U hawn daħlet l-interpretazzjoni ta' Albert Marshall, reġista li l-fantasija tiegħu inħasset il-ħin kollu, imqar jekk inħasset ukoll f'ribelljoni għal kull trażżin, organizzazzjoni li tagħti bixra waħda sħiħa mill-bidu sa l-aħħar. U għalhekk, teknikament Marshall li qala' ħafna tgħajjir, imissu qala' wkoll xi kliem ta' tifħir għall-effetti li kiseb, imqar jekk wieħed mhux dejjem jaqbel mar-riferenza u s-siwi tagħhom fl-interpretazzjoni tad-dramm. Biex taqleb minn livell għal ieħor, kif semmejt, mhix ħaġa ħafifa. U Marsihall għażel li jaqbad mill-ewwel il-livelli tat-tieni livell. F"Anestesija" fittex mill-ewwel sal-aħħar waqtiet il-ħajja tas-surrejaliżmu fejn kollox inħass imġarrab skond il-ħelsien tal-ħolm u mingħajr it-trażżin ta' min huwa konxju. Inkisru l-limiti tat-truf u l-forom li nafu bihom, u kollox intwera mill-angolu tal-kuxjenza, f'sensiela ta' simboli li quddiem-hom, tista' tagħmel biss żewġ ħwejjeġ ħfief ħafna: jew tilqagħhom u ġġarrabhom inti wkoll, safejn jikkonvinċuk u safejn tarahom koerenti mad-dagħbien tal-kuxjenza tal-karattri, jew inkella ma tilqagħhomx, anzi tobżoqhom b'għadab ta' min jemmen li l-eżistenza tiegħu, kif ilu jafha, ġiet miċħuda,

U hekk għamlet il-biċċa l-kbira tal-udjenza. ll-ħsieb u l-forma drammatika ta' Oreste Calleja, flimkien mal-verżjoni kuraġġuża u fantastika ta' Albert Marshall, tqiesu bħala ħaġa waħda. Iżda ma jmisshomx. L-ewwelnett, għaliex naħseb li kien hemm xi toqob fil-fużjoni tagħhom it-tnejn; it-tieni, għaliex il-livelli li semmejt twaħħdu fis-surrejaliżmu ta' Marshall mill-bidu sa l-aħħar; it-tielet, għaliex dramm, barra x-xogħol għall-palk, huwa qabel xejn xogħol letterarju li juri sensibbilta' ħierġa mill-kuxjenza u mhux esterjorizzazzjoni u t-teknikalitajiet l-oħra li llum saru jsaltnu f'bosta produzzjonijiet.

Forsi l-mod kif l-udjenza ħadet lil dan id-dramm se jkun ta' ħsara kbira għad-drammaturgu żagħżugħ; se jżid il-kontroversja ma' isem ir-reġista. Iżda jekk wieħed ma jaqbilx mal-fużjoni tagħhoim it-tnejn f'"Anestesija", wieħed għandu jħares lejn żewġ aspetti li huma sħaħ: id-dramm għalih waħdu, u l-effetti tekniċi għailihom weħidħom.

Is-siimboli ma jibqgħux simboli jekk ma jintlaqgħux. Is-surrejaliżmiu jrid jitiħaffer f'ruħ il-bniedem u mhux jinħadem biex jaħsad. Irid ikun simpatiku, jiġifieri jintlaqa' minn barra, mis-sensi, qabel ma jitlaħħam ma' ġewwa, mal-intellett. Ma jridx jegħji lill-udijenza, la bir-ritmu u lanqas bil-profondita' tiegħu. Marshall jafhom żgur dawn il-ħwejjeġ, iżda għażel li ma jimxix fuqhom. U l-effett kien dak li kien. Imma dejjem wera l-ħila tiegħu, anki meta ċ-ċaqliq, it-ton, id-dehra fiżika, ma setgħux jingħoġbu. Wara kollox, Marahall kien jaf mill-bidu li "Anestesija" hu radjudramm: id-differenza ħoloqha hu biex aktar jitbiegħed. Il-ħasra hi li biex simbolu jibqa' simbolu jrid jiftiehem minn iżjed minn-naħa waħda.                                                                                                                                                                                                             

LURA                                  

                                                                                                                                                                                                                                   SAĦĦA!


 

OLIVER FRIGGIERI                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                    IL-MUMENT, Il-Ħadd 22 ta Ottubru 1972