www.orestecalleja.com 





















 


"ANESTESIJA”: Awtur Oreste Calleja. Reġista Albert Marshall. Waqt li kienet qed tidher il-ġimgħa li għaddiet l-istazzjon lokali tat-televiżjoni ġie bbumbardjat b’mijiet ta’ telefonati biex ma tkomplix tidher. L-għada fil-għodu għand tal-merċa n-nisa qalu li tal-MTV qed jittilfu rashom. L-irġiel qalu li tal-MTV għaddew iż-żmien bihom. Iċ-ċiniċi ssuġġerew li qabel dehret “Anestesija”, l-MTV messu qal li t-teledramm ġie kklassifikat “IO”, imġienen only.


Jekk kien għad baqa’ xi dubju kemm persentaġġ enormi tal-poplu Malti għadu lura mentalment, dan tneħħa wara r-reazzjoni immatura li segwiet “Anestesija” il-kummenti pwerilili għaddiet il-massa wara l-wiri ta’ dan id-dramm fuq it-televiżjoni tagħna juru bosta ħwejjeġ fosthom:

(i) illi li kien għall-massa, awturi ta’ stamina u ta’ kalibru bħal Oreste Calleja jistgħu jmorni jindifnu bla ċerimonja.
(ii) illi fost il-poplu jsaltan dlam kbir f’dak kollu li jmiss valuri intellettwali;
(iii) li l-istazzjoni televisiv lokali jista’ jagħti raġun lilu nnifsu illi teledrammi ta’ din il-bixra mħux biss mhumiex apprezzati
       imma jħarrxu lill-kotra tal-poplu.

 

OMAĠĠ  TA’  MARSHALL

Iżda “Anestesija” uriet punti oħrajn. Ewlieni fosthom l-argument illi l-MTV wera qabża kbira ’l quddiem fejn tidħol it-teknika televisiva. Albert Marshall wera darba għal dejjem illi, bil-limitazzjonijiet kollha ta’ l-istazzjon lokali, Malta kapaċi tipproduċi mħuħ immaġinattivi li jħabbtuha ma’ oħrajn kontemporanji fil-bqija tal-Ewropa. Marshall wettaq sensiela ta’ “mirakli” żgħar iżda li jfissru ħafna għall-istazzjon Malti; Marshall wera immaġin-azzjoni mingħajr qiegħ (ħlief il-qiegħ ċirkostanzjarju tal-limitazzjoni tal-istudjo) u ta eżempju ta’ kif jista’ jiġi sfruttat il-medium televiżiv minn kull aspett. Marshall niseġ omaġġ xieraq lit-televiżjoni lokali f’egħluq l-l0 snin mit-twaqqif tiegħu.

U lura għall-massa. Il-persentaġġ enormi li semmejt aktar’ll fuq li ma jafx japprezza l-isforzi qalbiena ta’ nies bħal Marshall u Calleja m’għandux jedd jikkondizzjona xandir intelligenti mill-MTV. Sempliċiment m’għandux jedd.

Il-massa għandha dritt tgemgem bħal ma jgemgmu dawk li għandhom rashom fuq għonqhom meta l-istazzjon lokali jagħżel li jxandar teledramm jew telekummiedja tal-ħabba gozz. Il-massa għandha dritt tiżvoga l-injoranza tagħha u tgemgem ll “mhi tifhem xejn”. Imma l-massa trid tieqaf hemm. Jeħtieġ tieqaf hemm. Pajjiżna ma jistax jibqa’ jitwikka b’ġenerazzjoni wara oħra ta’ ċittadini vojta minn moħħhom, bla valuri intellettwali ta’ xejn. Pajjiżna ma jistax jibqa’ jiġi ddettat minn forza ta’ fehma pubblika immatura li qed tkisser is-sinsla ta’ dan in-nazzjon.

M’GĦANDHIEX  RAĠUN

X’inħi l-qagħda tal-kumpanija tat-televiżjoni fuq dan l-isfond ta’ kontroversja assurda? Jekk il-kum-panija qed tħalli lilha nfisha tiġi mirbuħa minn mottivi kummerċjali biss, allura min għandu rasu fuq għonqu għandu x’jitlef. Jekk il-kumpanija trid tiddisinja l-pulitika tagħha fuq il-fehma tal-popolin, allura nies bħal Marshall, Calleja u dawk kollha li jseddquhom huma nies tabilħaqq imsieken.

Iżda jien irrid naħseb li l-kumpanija televisiva li hawn fostna mhix daqshekk merċenarja. U taf toħloq kompromessi f’waqthom biex tkejjel l-aħjar għal pajjiżna. Bla dubju l-massa m’għandhiex raġun. Għax il-massa ma tridx taħseb, ma tridx tagħmel sforzi biex tifhem, ma tafx tesiġi.

Il-kumpanija tat-televizjoni f’Malta, madankollu. tlsta’ terfa’ ftit mir-responsabbilta għall-edukazzjoni tal-massa fuq spallejha. Jien ma nemminx li l-kumpanija tat-tele-viżjoni qed tħaddem servlzz fostna bi pjaċir għall-poplu Malti; mela la mhix qieħda hawn bi pjaċir, dil-kumpanija sa ċertu punt, trid tassumi għadd ta’ responsabbllitajiet lejn il-poplu Malti. Waħda minn dawn irresponsabiltajiet hija li tedukah, U tnissillu apprezzment sħiħ lejn mottivi intellettwali.

TMIEGĦ  BL-IMGĦARFA

F’dan il-kuntest, jien nifhem illi, f’każi fejn jidħlu teledrammi bħal “Anestesija” it-televiżjoni Maltija trid tgħid “fejn naqli bajda, naqli tnejn” u, b’żjieda mat-teledramm, l-MTV tista’ faċilment tħalli ħin biex wara ssir diskussjoni fuq ix-xogħol muri. Dan hu tmiegħ bl-imgħarfa. Iżda fejn jidħlu kriterji intellettwali, dan hu sewwa sew dak li għandha bżonn il-massa - tmiegħ bl-imgħarfa.

• Naf li xi wħud li qed jaqraw dawn il kolonni ħalissa qed jakkużawni bi pseudo-intellettwaliżmu, b’elitlżmu, diskriminazzjoni, suppervja, eċċ. Lil min qiegħed jaħseb hekk ngħidlu li ma jinteressanix x’qiegħed jaħseb għax ninsab żgur li għandi raġun uli dan li qed ngħld mhu qed ngħidu bl-ebda riservi u ma nħossni obbljgat li nagħmel l-ebda apoloġija għall-injoranza’, għall-mentalità dejqa, Jien żgur ma nagħmilx apoloġiji.

DIREZZJONI T’ANESTESIJA

Xtaqt issa nersaq aktar mill-qrib lejn id-direzzjoni ta’ Albert Marshall f’Anestesija”. Għalija kienet direzzjoni validissma l-aktar fejn daħlet l-interpretazzjoni tad-dramm u l-esekuzzjoni teknika tal-produzzjoni. L-interpretazzjoni li ta Marshall lil “Anestesija” kienet miexja l-ħin kollu fuq fili elettriċi ta’ immaġinazzjoni simbolika: sensiela ta’ simboliżmi sagri” u sensittivi bħall-umbrella (theddida tal-mewt fuq rasna). il-vjolln (illużjoni mbikkma li f’partijiet mld-dramm ħadet it-tifsira suwiċidali permezz tal-immaġni tal-azzarin), il-karovana il-verità sempliċi tal-ġuf) u l-proċessjoni ritwalistika (simbolu tan-notorjeta’ tal-ħajja). Marshall mess ukoll punti importanti bħall- permissività bla bażi (l-iljuni li għamlu straġi mir-raħal u ma ġewx ikkastigati) jew “il-gaġġa”.

Iżda l-ikbar mertu ta’ Marshall kien l-użu brillanti tal-faċilitajiet tal-studju biex joħloq “skultura tiċċaqlaq” permezz tal-kamera. Permezz ta’ “panning” u studju “close-up” li jagħmlu ġieħ lilu u lill-”crew” li ħadem biha.

 

Dan kien territorju ġdid għall-MTV, territorju li nħakem kważi assolutament mill-abbilta inventiva ta’ Marshall u mis-servizz eċċellenti li wiżnuh bih it-tekniċi tal-istudju (hija ħasra illi dan l-eżerċizzju stupend kellu jixxellef dak in-nhar tat-trasmissjoni minħabba “off tracking” tal-makni lejn it-tmiem tat-teledramm).

 

“SETS” SIMBOLIĊI
 

It-tifħir tiegħi jmur ukoll għall-atturi u għall-attriċi li ħadu sehem f”Anestesija” u mhux b’inqas lil Tony Demicoli li ħadem serje ta’ “sets” tajbin ħafna li rabtu sew mas-simboliżmu tad-dramm (x’kienet l-ideja li Demicoli ma ngħatax kreditu għas-”sets" tiegħu fl-aħħar tat-teledramm?)
Inħoss li għandi nifraħ lill-MTV ukoll talli kultant żmien iħossu li għandhom jimxu kontra l-kurrent(!) Iżda, nerġa’ ntenni, ħalli l-MTV jiftakru illi l-massa m’għandhiex jedd tikkondizzjona t-trasmissjonijiet tagħhom daqskemm l-istazzjon lokali m’għandux dritt jissagrifika kriterji serji ta’ xandir u joffendi lil min hu moħħu miftuħ bi drammi jew kummiedji nofs kedda
.
LURA


 L-Orizzont – Il-Ħamis, 5 ta’ Ottubru, 1972                                                                             Qabża kbira ‘l quddiem mill-MTV - WARA “ANESTESIJA”