Pawlu Redux Vol. 6
|
PREMJU |
||
![]() PDF ePUB . mobi DOWNLOAD |
|||
NOTI BIJOGRAFIĊI DRAMMI TAL-BIDU DRAMMI OĦRA PUBBLIKAZZJONIJIET ARKIVJU |
|||
|
fuq it-televiżjoni
Tmiem millennju m'huwiex biss żmien li fih wieħed jieqaf biexjanalizza l-ġrajjiet li għaddiet minnhom id-dinja madwarna, jew kemm-ilrivoluzzjoni falliet jew irnexxiet, imma huwa wkoll, għal uħud, żmien ta' introspezzjoni qalila personali. Huwa veru li Pawlu huwa karattru newrotiku,kittieb ta' ideali skaduti, bniedem tal-poplu, mitluf f'dinja qadima li m'għadux jagħraf, wisq anqas jgħożż: klandestin ġo artu stess. L-ideali li fuqhom immudellajt ħajtek, l-imperattiv, kif isejjaħlu Pawlu, li ddominalek nofs seklu ta' ħajtek, jasal ukoll biex jaqa' taħt l-istess lenti bla ħniena, u tiskopri li r-rivoluzzjoni tiegħek personali għejiet tirribella kontra l-kompromess.Għax għal Pawlu Schembri Panzavecchia, il-komunikazzjoni ma' ġensu, mal-qarrejj tiegħu, u fuq kollox dan laħħar ftit snin metal-pluraliżmu offrilu pulptu ieħor minn fejn jista' jindirizzahom permezz tar-radju, tidher li hija komunikazzjoni li tilfet kull sens, sbroffat u qabżet kull limitu, sfreġjat ruħha fi djalogu moqżież daqs kemm irrepetibbli ma' ġens ipokrita u bigott li dad-diskors huwa l-lingwaġġ li jifhem l-aħjar. ħajtu għamluhielu trasmissjoni mwaħħra, vittma tad-delay mechanism, ftit sekondi misruqa biex fihom kontinwament jinħema l-kompromess. Imma mis-sittinijiet sa tmiem il-millennju armajn, il-protesta ilha li birdet, u Pawlu jagħraf li r-rivoluzzjoni mhix se tixxandar, ma tistax tixxandar, la fuq it televiżjoni (b'apoloġija lil Norah Jones u Gil Scott-Heron.) u lanqas fuq ir-radju. Wisq anqas f'kitbietu. |
||
Il-paranoja tiegħu tidher li
rawmet Leħen ieħor li jħuf warajh bla ħniena, jikxiflu beraħ pjagi li
qatt ma fiequ. Ix-xewqa frustrata għallkomunikazzjoni, wara kollox,
jista' jkollha għeruq wisq aktar sempliċi. L-unika fidwa tista' forsi
tinstab kieku jirnexxilu sa fl-aħħar jikkomunika tal-anqas ma' bintu,
armajn tfajla matura, li hija kulma baqagħlu minn relazzjoni li qatt
ma rnexxilu jżomm sħiħa: relazzjoni minn tal-bidu, li warajha bħalha
ġew ħafna, iżda li tagħhom ma fadalx għajr dellijiet ta' żminijiet meta
l-ħeġġa għall-bidla kienet qawwija, friska u forsi ġenwina.
Ir-rivoluzzjoni mhix se tkun fuq it-televiżjoni, Pawl; mhux se tkun
tista' tagħfas buttuna, tixxaħxaħ u tintelaq, kultant taħrab ħarba għal
ftit trab u daqsxejn 'buzz', u bejn riklam u ieħor taħtaf birra jew
tnejn. Għax ir-rivoluzzjoni mhixse tkun fuq it-televiżjoni, ħabib, la
l-lejla u lanqas fil-millennju ġdid. Għalhekk:
L-AVVIŻ:
SILTA:
MELDA:
Prosit. Tajjeb. Agħmel int... Agħmel int. (tersaq lejh - ħarsa lejn
il-manetti) Għandi naħseb li m'għandekx bżonn l-għajnuna tiegħi
biex tħoll dawk il-manetti lanqas?
Pawlu Redux - 2 Att |
|||
PALK MALTI KONTEMPORANJU NOTI BIJOGRAFIĊI DRAMMI TAL-BIDU DRAMMI PUBBLIKAZZJONIJIET ARKIVJU |
|||