NOTI BIJOGRAFIĊI ID-DRAMMI PUBBLIKAZZJONIJIET ARKIVJU
Nhar il-25 ta' April li għadda, waqt konferenza dwar it-teatru
politiku f'Malta quddiem pubbliku li daħal sew fid-diskussjoni iżda seta' kien
aktar numeruż, l-Universit� ta' Malta ppreżentat il-ktieb li għadha kemm ħarġet
dwar Il-Kitba Teatrali f'Malta: Hemm Xi Kriżi? editjat minn Marco Galea,
Vicki Ann Cremona u Immanuel Mifsud. Dan il-ktieb jiġbor fih l-atti
tal-konferenza bl-istess isem li kienet saret fl-1 ta' Marzu, 1997.
Fid-daħla tiegħu,
Immanuel Mifsud jgħid li skond uħud,
it-teatru f'Malta jinsab għaddej mill-akbar kriżi tiegħu minhabba n-nuqqas ta'
skripts u drammaturgi ġodda. Min-naħa l-oħra, kif ħareg ukoll mid-diskussjoni li
qamet waqt il-konferenza aktar riċenti dwar it-teatru politiku, jidher li hemm
interess li dejjem qiegħed jikber f'espressjoni teatrali alternattiva. Skond
Mifsud, f'dan il-ktieb, Frank Camilleri "jagħtina x'nifhmu li t-tendenzi
anti-test u anti-awtur tat-teatru ta' riċerka ħafna drabi jsarrfu f'kitba ta'
testi differenti, fejn huwa l-ġisem stess ta' l-attur jew l-attriċi li jinbidel
f'test minnu nnifsu". Marco Galea, illum meqjus bħala l-istoriku ewlieni tat-teatru
f'Malta, jinnota li fl-istaġun 1996-97 reġa' ma ttella' ebda dramm ġgdid Malti
fit-teatru nazzjonali tagħna, it-Teatru Manoel. Kif jgħid it-titlu ta'
l-intervent tiegħu, għal Galea il-kitba ghat-teatru Malti hija "storja ta' pannu
u qara' aħmar".
Fil-kontribut tiegħu dwar "Ansjeta u Anestesija fil-Labirinti tat-Teatrin:
Diskors dwar Demel u Drammi", Oreste Calleja jsostni li minkejja li
għaddew tletin sena mill-Indipendenza, il-kultura f'Malta għadha f'limbu.
"Ħrigġna mit-Tielet Dinja imma ħallejna l-kultura zzappap warajna. għax kultura
bla teatru � bla teatru indiġenu, teatru intimu u proprju � hija kultura
mmankata, sottozviluppata u retrograda." Jekk ma jkunx hemm tiġgdid fil-kitba
għall-palk Malti, Calleja jistaqsi: "X'mostru nistennew li joħroġ mil-labirint �
x'għageb jista' jitwieled � jekk hħief nitqaħhbu fis-sodda ta' palk barrani ma
nagħmlux?" Il-Kitba Teatrali f'Malta: Hemm Xi Krizi?
(Malta University
Press, 1998, pp85) fih ukoll kitbiet ta' Vicki Ann Cremona (Premessa
teorika), Gorg Peresso (ir-radjudramm), Lino Grech (it-teledramm), Charles Clews
(it-teatru komiku), Martin Gauci (id-dramm tal-passjoni), George Cassola
(it-traduzzjoni) u Guze Diacono (riflessjonijiet ta' drammaturgu ewlieni). Bil-qari ta' dan il-volum, id-diskussjoni tkompli u forsi nibdew naħsbu biex
noħorġu minn gos-sodda li mhix tagħna. © Adrian Grima (23.05.98) Riċensjoni ppubblikata fl-Xpress, Nru. 5, Lulju,
1998 _____________________________ 
