PALK MALTI KONTEMPORANJU DRAMMI XENEĠĠJATURI PUBBLIKAZZJONIJIET ARKIVJU DWAR L-AWTUR |
||||
|
||||
ALSO AVAILABLE IN AN ENGLISH TRANSLATION: AND UNTO HER AN ANGEL |
||||
![]() |
Every act of rebellion expresses a
nostalgia for innocence
and an appeal
to the essence
of being.
IL-ĦTIEĠA TA’ Il-ħtieġa ta' drama kontemporanja li tirrifletti fuq soċjeta li għaddejja mill-iżvilupp imħarrek li għaddejja minnu s-soċjetà tagħna hija ħtieġa hekk kbira li huwa inutli, pwerili u ħela ta’ żmien li wieħed jipprova jidħol f’diskussjonjiet vagi u irrelevanti dwar x’forma jew forom trid tieħu din id-drama relevanti li attwalment ilha żmien twil ma tiġi mgħotija l-għarfien meħtieġ, u wisq anqas l-appoġġ li jistħoqqilha fuq il-Palk (ineżistenti?) Malti. Dan it-tip ta’ drama mhux tip ‘komdu’, anzi, huwa skomdu ħafna (forsi għalhekk in-nuqqas ta’ rifda). Mhux dejjem iħallik bi tbissima fuq xufftejk. Meta tidħaq tidħaq biex ittaffi l-għera tal-panorama insensata madwarna, biex taħrab mix-xena imbarazzanti li qed tiġi mġiegħel tagħraf u tassisti għaliha... Forsi hemm min isibu aktar komdu jara x’inhu jsir ’ilhinn mix-xefaq dejjaq ta’ gżiritna. Imma jekk hemm bżonn jeħtieġ li niġu nit...nelħu minn x’qed jagħmlu l-Ewropa jew l-Amerka fuq il-palkijiet stabbiliti tagħhom. Ejja naraw x’se nagħmlu aħna. Jekk veru għadna rridu u nippreferu l-kumdita ta’ sterjotipi drammatiċi barranin (komdi għax jistgħu jolqtuna kollettivament l-aktar bħala msieħba tar-razza umana in ġenerali... imma mhux bħala Maltin in partikolari) meta għadna nitgħażżnu fl-inerżja kulturali li dejjem għożżejna. Għax partikolarment, direttament, jeħtieġ tip ta’ drama ieħor. U tas-sengħa kemm huma tas-sengħa x-xenarji barranin, qatt ma jiffukaw ruħhom bi preċizjoni biżżejjed biex joħolqu l-ambjent partikulari Malti. Qatt ma jqajmuna mill-anestesija komda tat-tejatrin għall-ansjeta skomda tal-kontemporanju. Jekk wieħed jaħseb li l-ambjent Malti, għax żgħir, ma jasalx biex jiġbed riflessjonijiet artistiċi ta’ rilevanza universali, sejjer imqarraq. (Għad hemm bżonn nirrepetuha din?) L-għana ta’ Malta tinsab f’li strata u fis-substrata ta’ dan il-ġensa antik li għadu qatt ma tħalla jittella’ fil-wiċċ: fil-għera tal-Palk Relevanti Malti. Għadna qas biss bdejna noborxu l-wiċċ imballat żonqor ta’ din l-art torba. Għadna qatt ma ppruvajna niftħu vina maġġura fejn iserrpu l-kurrenti u kontrokurrenti mniġġsa ta’ ġensna. Mhux fuq il-Palk Malti. Imma għall-kittieb li jrid jimpenja ruħhu, il-materja prima għadha verġni, l-orizzonti illimitati, il-vjaġġ fil-bidu. Imma jrid imur waħdu... Ikollu jmur waħdu. B’żewġ bagalji (vojta?) f’idu, b’saqajh tal-fildiferru, u... b’ebda garanzija li ma jbatix. Talanqas f’din gżiritna ċkejkna ffulata wisq. Fejn kulħadd irid jaf fejn sejjer, kulħadd jippretendi li jaf fejn mort, u ħadd ma jridek tmur. U safrattant nimpenjaw ruħna biss biex... niddiskutu x’jista' jsir (fl-anno mai?). Sakemm jasal iż-żmien meta dramm kontemporanju jixjieħ. U ma jibqax aktar kontemporanju; isir storiku, oh!, isir, wisq isbaħ, OH, ISIR FOLKLOR. U allura jsir komdu. U b’hekk, IL-ĦTIEĠA TA’ DRAMA KONTEMPORANJA li tirrifletti eċċ, eċċ... (tista’, jekk tixtieq, terġa’ tara aktar ‘il fuq) tibqa’ suġġett ta’ diskussjoni periferika, distakkata u ’il hinn mill-ħajja u mill-ġrajja ta’ dan pajjiżna newtrali... u newtru u sterili. Talanqas fuq il-palk.
L-Ilsien Ħaj tal-Palk
|
|||
Safrattant, fid-dramm U L-ANĠLU ĦABBAR... missejt bla ebda premeditazzjoni ossessiva u bla ebda pjan strutturali dogmatiku, punti mill-verità Maltija ta’ llum kif nara u nħossha jien. Il-karattru prinċipali ta’ Karen, imwieżna fuq ġmienaħ (mhux dejjem sodi) ta’ l-anġli kustodji (dejjem irġiel) tagħha nifhem li tista’ tirrapreżenta l-essenza femminili Maltija, maqbuda bejn impulsi soċjali differenti li għadhom ma ħallewhiex issib l-identità sħiħa tagħha. Hu żgur li hi m’hix xi anġlu (imma l-anġli fejn qegħdin?), għalkemm ta’ min wieħed jikkunsidra jekk l-adulterju u l-infedelta, li tagħhom hija l-vittma jew il-kawza, humiex id-dnub li tiegħu tfittex il-kastig... jew il-ħelsien imfittex u mixtieq. Jekk fl-aħħar tad-dramm imbagħad issibx anġlu kustodju jew xitan ieħor huwa fih innifsu l-bidu ta’ ġrajja li qed tkompli. IL-KWISTJONI KRUĊALI TA’ L-IDENTITẦ, li għalina l-Maltin kolonjalizzati kienet dejjem storikament kwistjoni posposta, hija issa aktar relevanti minn qatt qabel. ’Ilhinn mill-kwistjoni ta’ KAREN innfisha fuq livell personali, wieħed jista’ jistaqsi mingħajr ma jgħabbiha wisq b’piż ta’ natura arċitipikali: x’inhi “mara” fis-soċjeta tagħna hija u riesqa lejn millennju ġdid? Min hu IL-ĦADDIEM u kif jiffittja f’dinja teknoloġika li (b’xorti tajba) tidher li hija sa fl-aħħar miftuma mill-inkubi ta’ l-imgħoddi; l-istess dinja, iżda imgħaġġla u sterilizzata ta’ ALDO fejn m’għadx hemm lok għal san ġużeppijiet u wisq anqas għal anġli, jekk mhux imdendlin minn għonqhom b’kullana dawl elettriku. U l-ġenerazzjoni futura min hi? L-ulied jiddefendu ġieħ ommhom, jew l-ulied li ħarbu b’anġlu mdendel fuq gaffa jkanataw l-Ole, O-lee! Dawn ma kenux il-mistoqsijiet li bdejt bihom meta bdejt nikteb - huma biss il-mistoqsijiet li staqsejt wara. U ma nippretendix li bilfors tinsab tweġiba għalihom fid-dramm. Talanqas naħseb li rnexxili nagħtihom sura aktar konkreta. It-tweġibiet mhux xogħli li nagħtihom.Hemm oħrajn lejn min għandhom jiġu indirizzati. Seħmi għamiltu. Issa nkompli nterraq. OC - April 1995 - San Ġiljan
* See: "A Theatre of Shame - A Theatre of Fear" --------------------------------------------------------------------------------------------------------------------- |
||||
L-ANĠLU BELLU |
||||
|
||||
PALK MALTI KONTEMPORANJU DRAMMI XENEĠĠJATURI PUBBLIKAZZJONIJIET ARKIVJU DWAR L-AWTUR |
||||
-