NOTI BIJOGRAFIĊI    DRAMMI  BIKRIN      DRAMMI REĊENTI     PUBBLIKAZZJONIJIET     ARKIVJU        PALK MALTI KONTEMPORANJU
 

  English text available

 

ORESTE CALLEJA dwar kors ta' kitba kreattiva drammatika fiċ-Ċentru tad-Drama Mikielanġ Borg


TAF JEW MA TAFX TIKTEB: GĦAŻLA ĠENETIKA?

 
    

 

 

 



 

 

IMMAĠINAW kif tista' tizvolgi ruħha laqgħa waqt kors kreattiv ta' kitba drammatika: għaxar, tnax-il persuna madwar mejda, probabbli kulma għandhom inkomun huma ż-żewġ folji karta f'idejhom, djalogu bejn tnejn, tlieta min-nies li eżistew biss temporanjament fl-immaginazzjoni ta' wieħed mill-miġburin u li issa jieħdu l-ħajja għal ftit ħin fil-qari ftit jew wisq drammatizzat ta' tnejn, tlieta min-nies madwar l-istess mejda.

Imbagħad jibdew il-kummenti. Ma tissugrax issejħilha kritika. Lanqas apprezzament. Kulħadd jgħid tiegħu bl-aktar mod sinċier, bla ebda inibizzjoni Wara kollox, għajr għal min imexxi d-diskussjoni, għalkemm I-awtur tax-xogħol jinsab madwar dik il-mejda, ħadd ma jaf min hu jew min hi. u jekk l-awtur ma jridx  jammetti !-paternitā. jew il-maternitā tax-xogħol, jista’ jibqa' anonimu. Id-diskussjont ma titħalliex timrah wisq lejn xi studju psikologiku ta' karattri jew ta' tema partikolari li x-xogħol jista' jiffoka fuqha - it-fokalizzazzjani hija pjuttost idjaq u tipprova toħroġ it-teknika tal-kitba pjuttost milli il-kif u l-għaliex. Huwa xogħol li forsi jeħtieġlu jkun ferm aktar mirqum milli hu, imma għandu l-preġju li hu originali u għadu ħiereġ frisk mill-pinna (jew l-emejl) tal-awtur. Fuq kollox, huwa xogħol li għandu l-preġju li jista' jkun l-ewwel frott ta' xiħadd li jista' jimla l-vojt kbir li hemm f'wieħed mill-aktar oqsma traskurati tal-kultura tagħna - il-kitba drammatika.

Fil-fatt. huwa dan li jsir filgħaxija, darba f'gimgħa waqt kors ta' kitba drammatika li jsir fiċ-Ċentru Mikelanġ Borġ. Ilfirxa demografika ta' dawk li jidħlu għal korsijiet bħal dawn dejjem tissorprendik. Mhux biss l-etā li tvarja: Issib min għadu kemm qabeż l-għoxrin, u ssib min wasal biex jirtira; issib nisa u ssib irġiel (għalkemm pjuttost aktar tal-ewwel milli taI-aħħar). Issib min għandu esperjenza f'xi qasam ieħor tat-teatru, u ssib min qatt ma daħal f'teatru. Issib min digā spiċċa l-universitā, jew wasal biex, u ssib min dejjem ħadem b'idejh u qatt bil-pinna. Issib ukoll kittieba li diġa għamlu daqsxejn ta' isem fil-kitba tat-poezija jew tal-proza.

Kultant ikun hemm min jistaqsi imma kemm hemm talent tassew - talent promettenti? M'hijiex mistoqsija faċli biex tweġibha, l-aktar għaliex kull bidu huwa mimli inċertezzi. Il-kitba għall-palk imbagħad hija intrapriża, wieħed ikollu jammetti, li għandha u dejjem kellha ġejjieni jew eżitu skabruż għall-aħħar. Dawk li jmiddu idejhom, li digā m'humiex numerużi, jispiċċaw biex jaqtgħu qalbhom qabel jibdew. Għax min jikteb xogħol drammatiku għandu għan preċiz u speċifiku: il-pubbliku. L-eċċitament li forsi jġagħlek tmidd idejk u jimbuttak biex twassal fi tmiemu xogħol drammatiku malajr jaf jintefa’ meta wieħed ma jsibx l-opportunitā li xogħlu jilħaq il-pubbliku. Il-kitba għall-kexxun hija soluzzjoni inaċċettabbli għal min jikteb għall-palk.  Issib li mill-bosta li jidħlu għal kors ta' kitba - il-maġġoranza nisa - hemm għadd tajjeb li jekk ikomplu għandhom il-potenzjal li jaslu. Mhix kwistjoni li tagħti persentaġġi. Pjuttost hija kwistjoni li tistaqsi x'jista' jsir biex jingħatalhom taħriġ aħjar. X'jista' jsir biex ikun hemm aktar min imidd idejh għall-kitba teatrali? X'jista' jsir biex ix-xogħlijiet tagħhom ikunu garantiti ċerta aċċessibititā għall-pubbliku?

Hemm għadd ta' raġunijiet għaliex wieħed forsi jkun irid jikteb għall-palk, għadd minnhom banali - għax inħobb nidher, għax irrid nara ismi fil-gazzetta, biex nagħmel sold jew tnejn, għax naħseb li dak li naf jien dwar il-banda tar-raħal ħadd ma jafu, jew għax x'ċuċ kien Shakespeare?...

Jew inkella sempliċement għax ma tafx ma tiktibx għall-palk. Mhix kwistjoni ta' għażla, jekk mhux għażla ġenetika. Li wieħed jittama hu li jikteb min jikteb, jikteb għaliex jikteb, isib il-pubbIiku li jixraqlu biex jara xogħlu. Wieħed jittama li pajjizża jsib nies li jixirqulu biex jiktbu għall-Palk Malti.

    KULTURA 21 – Jannar/Marzu 2005

 
 

 

 

                                                                                                                      

 

PALK MALTII KONTEMPORANJU

 

  NOTI BIJOGRAFIĊI             DRAMMI  BIKRIN              DRAMMI   REĊENTI                  PUBBLIKAZZJONIJIET                ARKIVJU