|
U L-ANĠLU ĦABBAR... |
|||
| DRAMMI PUBBLIKAZZJONIJIET ARKIVJU NOTI BIJOGRAFIĊI | |||
|
Every act of rebellion expresses a
nostalgia for innocence
and an appeal
to the essence |
|
Għax partikolarment, direttament, jeħtieġ tip ta’ drama ieħor. U tas-sengħa kemm huma tas-sengħa x-xenarji barranin, qatt ma jiffukaw ruħhom bi preċizjoni biżżejjed biex joħolqu l-ambjent partikulari Malti. Qatt ma jqajmuna mill-anestesija komda tat-tejatrin għall-ansjeta skomda tal-kontemporanju. Jekk wieħed jaħseb li l-ambjent Malti, għax żgħir, ma jasalx biex jiġbed riflessjonijiet artistiċi ta’ rilevanza universali, sejjer imqarraq. (Għad hemm bżonn nirrepetuha din?) L-għana ta’ Malta tinsab f’li strata u fis-substrata ta’ dan il-ġensa antik li għadu qatt ma tħalla jittella’ fil-wiċċ: fil-għera tal-Palk Relevanti Malti. Għadna qas biss bdejna noborxu l-wiċċ imballat żonqor ta’ din l-art torba. Għadna qatt ma ppruvajna niftħu vina maġġura fejn iserrpu l-kurrenti u kontrokurrenti mniġġsa ta’ ġensna. Mhux fuq il-Palk Malti. Imma għall-kittieb li jrid jimpenja ruħhu, il-materja prima għadha verġni, l-orizzonti illimitati, il-vjaġġ fil-bidu. Imma jrid imur waħdu... Ikollu jmur waħdu. B’żewġ bagalji (vojta?) f’idu, b’saqajh tal-fildiferru, u... b’ebda garanzija li ma jbatix. Talanqas f’din gżiritna ċkejkna ffulata wisq. Fejn kulħadd irid jaf fejn sejjer, kulħadd jippretendi li jaf fejn mort, u ħadd ma jridek tmur. U safrattant nimpenjaw ruħna biss biex... niddiskutu x’jista' jsir (fl-anno mai?). Sakemm jasal iż-żmien meta dramm kontemporanju jixjieħ. U ma jibqax aktar kontemporanju; isir storiku, oh!, isir, wisq isbaħ, OH, ISIR FOLKLOR. U allura jsir komdu.
U b’hekk, IL-ĦTIEĠA TA’ DRAMA KONTEMPORANJA
li tirrifletti eċċ, eċċ... (tista’, jekk tixtieq, terġa’ tara aktar ‘il fuq)
tibqa’ suġġett ta’ diskussjoni periferika, distakkata u ’il hinn mill-ħajja
u mill-ġrajja ta’ dan pajjiżna newtrali... u newtru u sterili. Talanqas fuq
il-palk.
Since
angels are men and live together
THE HEAVENLY ARCANA |
|
|
Safrattant, fid-dramm U L-ANĠLU ĦABBAR... missejt bla ebda premeditazzjoni ossessiva u bla ebda pjan strutturali dogmatiku, punti mill-verità Maltija ta’ llum kif nara u nħossha jien. Il-karattru prinċipali ta’ Karen, imwieżna fuq ġmienaħ (mhux dejjem sodi) ta’ l-anġli kustodji (dejjem irġiel) tagħha nifhem li tista’ tirrapreżenta l-essenza femminili Maltija, maqbuda bejn impulsi soċjali differenti li għadhom ma ħallewhiex issib l-identità sħiħa tagħha. Hu żgur li hi m’hix xi anġlu (imma l-anġli fejn qegħdin?), għalkemm ta’ min wieħed jikkunsidra jekk l-adulterju u l-infedelta, li tagħhom hija l-vittma jew il-kawza, humiex id-dnub li tiegħu tfittex il-kastig... jew il-ħelsien imfittex u mixtieq. Jekk fl-aħħar tad-dramm imbagħad issibx anġlu kustodju jew xitan ieħor huwa fih innifsu l-bidu ta’ ġrajja li qed tkompli. IL-KWISTJONI KRUĊALI TA’ L-IDENTITẦ, li għalina l-Maltin kolonjalizzati kienet dejjem storikament kwistjoni posposta, hija issa aktar relevanti minn qatt qabel. ’Ilhinn mill-kwistjoni ta’ KAREN innfisha fuq livell personali, wieħed jista’ jistaqsi mingħajr ma jgħabbiha wisq b’piż ta’ natura arċitipikali: x’inhi “mara” fis-soċjeta tagħna hija u riesqa lejn millennju ġdid? Min hu IL-ĦADDIEM u kif jiffittja f’dinja teknoloġika li (b’xorti tajba) tidher li hija sa fl-aħħar miftuma mill-inkubi ta’ l-imgħoddi; l-istess dinja, iżda imgħaġġla u sterilizzata ta’ ALDO fejn m’għadx hemm lok għal san ġużeppijiet u wisq anqas għal anġli, jekk mhux imdendlin minn għonqhom b’kullana dawl elettriku. U l-ġenerazzjoni futura min hi? L-ulied jiddefendu ġieħ ommhom, jew l-ulied li ħarbu b’anġlu mdendel fuq gaffa jkanataw l-Ole, O-lee! Dawn ma kenux il-mistoqsijiet li bdejt bihom meta bdejt nikteb - huma biss il-mistoqsijiet li staqsejt wara. U ma nippretendix li bilfors tinsab tweġiba għalihom fid-dramm. Talanqas naħseb li rnexxili nagħtihom sura aktar konkreta. It-tweġibiet mhux xogħli li nagħtihom.Hemm oħrajn lejn min għandhom jiġu indirizzati. Seħmi għamiltu. Issa nkompli nterraq.
OC .===================================================================
OH, IL-FOLKLOR! =================================================================
SILTA - 2 Att, 1 Xena
IL-ĦADDIEM: ...Nudi
qatt pinġejt? |
|||
|
|
|
||