![]()
l-aspetti mħallta tal-memorja
|
![]() |
|
MA: “Il-Festa bil-Bandieri”—għalfejn u meta ktibtu? OC: Ktibtu għall-bidu tal-l999. Fil-fatt però kien dramm li naħseb kien ilu biċċa minni għal snin twal minħabba li fih hemm imdaħħlin bosta inċidenti u esperjenzi personali li naħseb li kien inevitabbli li xi darba joħorġu. MA: Id-dramm ippubblikajtu s-sena I-oħra u l-introduzzjoni tgħid li dan huwa “olografu evokattiv f’ġieh Malta Millenarja”. Għaliex? OC: Għax huwa dramm pjuttost realista u fuq kollox jirrakkonta storja li tinfirex fuq l-isfond ta' Malta post-indipendenti sa Malta fuq l-għatba tal-millennju ġdid. Għalkemm huwa dramm realista, fih ukoll però xeni teatralment effettivi li jmexxu l-ġrajja mill-imgħoddi għall-preżent, b'xeni pjuttost qosra. Diffiċli tgħid fejn kultant tispiċċa l-komiċità u jidħol it-traġiku, fejn l-imgħoddi jirfes fil-preżent. MA: L-istorja fil-qosor. OC: Din hija l-istoria ta' familja ta' wlied il-ħaddiema. Naraw lill-karattru prinċipali, emigrant li ġie lura pajjiżu u jmur joqgħod għal xi żmien fid-dar fejn trabba. Hawnhekk jiltaqa’ ma' missieru mejjet u d-dramm jiżvolġi fuq it-tifkiriet li dawn iż-żewġ protagonisti jaqsmu mill-preżent għall-imgħoddi, qishom f’ħolma, flimkien ma' iħirsa oħra mill-imgħoddi li jidhru, jitilgħu u joħorġu mill-palk. Il-missier kien miet mewta traġika li t-tifel jidher li dejjem ħassu ħati tagħha, għalkemm wieħed malajr jinduna li l-missier, karattru pjuttost qalil, kellu l-ħtijiet tiegħu wkoll. MA: X'tara li tista' tgħidlu ġdid f’dan it-tip ta' dramm? OC: Bħala ġrajja, l-idea tal-preżent u l-imgħoddi mħalltin flimkien, kif ukoll it-tlaqqigħ ta' iben ma' missiem mejjet u l-konflitti li jinħolqu, huma konvenzjoni rikorrenti tal-palk. Ħaġa aċċettabbli ħafna u dejjem tqanqal ċertu interess — l-idea tal-ispirti, dar antika abbandunata, ġrajjiet mistura, eċċetra; (hemm ukoll) it-tlaqqigħ ukoll ta' ċertu umoriżmu minsuġ fl-istorja... Però dak li lili l-aktar jinteressani huwa kif din it-tip ta' storja, meta jirnexxilek tinkwadraha sew, kemm f’post partikulari lokali rikonoxxibbli, kif ukoll fi żmien li m'huwiex tant imbiegħed, tagħti lill-ġrajja dik il-verosimilitudini partikulari li aħna neqsin sewwa minnha fit-teatru modern Malti—ġrajja tabilħaqq realista li taf ħafna mid-dokudrama li pajjiżi oħrajn jagħmlu s-sinsla tal-palk modern tagħhom. MA: Infatti, fid-daħla tal-ktieb int tirreferi għal ħtieġa ta' "kitba kreattiva li kapaċi tikxef u tħalli warajha xhieda ta' aħna min aħna, u aħna min konna". L-aspett soċjali u politiku għandi nifhem li huwa importanti. OC: Ħafna. Ma nimmaġinax kif dramm ta' żmienna jista' jaħrab mill-veritajiet li għaddejna minnhom, u li qed ngħixu llum. MA: Hemm infatti referenzi kontinwi għal Malta qabel l-Indipendenza, Malta wara, l-era Mintoffjana, kif ukoll aċċenn finali għall-Unjoni Ewropea. OC: Kif għedt, ma tistax taħrabhom. Però dan huwa biss l-isfond. Il-karattri jibqgħu dejjem is-sinsla tad-dramm minkejja li hemm ukoll ċerta nostalġija f’ċerti xeni li juruk x'kienet ħajjitna għaxar snin, għoxrin sena ilu — referenza għal tip ta' ħajja li forsi bil-mod il-mod qed tinqata', tinbidel għal dejjem. MA: U l-bandieri kif jidħlu? OC: Kif jidħlu dejjem f pajjiżna — kulfejn tħares — skond iż-żmien u ċ-ċirkustanzi. L-istorja ta' Malta hija l-istorja tal-bandieri tagħha, bandieri telgħin u bandieri neżħn, kuluri jinbidlu, kuluri ġodda, u kuluri li ma jinbidlu qatt. Dik hi l-festa ta' ħajjitna. MA: Int ktibt bosta drammi dawn l-aħħar snin kemm ilek li ġejt lura Malta fl-l990. X'kienet il-problema biex jidhru fuq ti-palkijiet tagħna? OC: Ktibt mhux ħażin — għax kieku mhux għax ridt nikteb ma kellix għalfejn niġi lura Malta wara nuqqas ta' sbatax-il sena. Partikolarment, ktibt ħames drammi (Għasfur taċ-Ċomb, Il-Belliegħa fil-Bir, L-Anġlu Ħabbâr, Pawlu Redux u Il-Festa bil-Bandieri). U jien inqishom bħala kronaka li kapaċi tagħtik perspettiva unika ta' Malta tul id-disgħinijiet li ftit issib bħalha. Però, kif għedt, hemm uħud mid-drammi, tnejn partikulari, li ma telgħux. Ir-raġuni hi li hemm nuqqas kbir ta' appoġġ serju għad-drammatmgu Malti. Din l-aħħar sena jidher li bdejna resqin biex talanqas nirrikonoxxu li d-dramm Malti, jekk mhux il-Palk Malti, huwa tabilħaqq moribond. U bdew jittieħdu xi passi. MA: F'intervent fl-l995, waqt seminar l-Università dwar il-mewta perenni tal-kitba bil-Malti għall-palk, int għedt li hemm lok għall-festival tad-dramm Malti. Għadek tara din il-possibbiltà? OC: Noħlomha aktar milli naraha. Fl-istess interventi kont għedt li hemm lok ukoll għal għadd ta' inizjattivi. L-idea pereżempju li jkun hemm xi entità li jkollha l-inkarigu speċifiku u ċar li tqajjem fuq ruħu l-Palk Malti u l-kitba għall-Palk Malti. Ma nistgħux nistennew aktar. Nafu x'ta jew ma tax il-konkors Francis Ebejer wara esperiment ta' 'l fuq minn għaxar snin. Naħseb li wasal il-waqt li xi entità, ġdida jew diġà eżistenti, jew xi persuna, tingħatalha l-inkarigu, imqar ngħidu aħna limitat għal tliet snin, fejn turi x'kapaċi tagħmel għall-Palk Malti. Meta jagħlaq iż-żmien wieħed janalizza l-isforzi li jkunu saru — janalizza r-riżultat, u jew iġedded il-kuntratt, jew tinstab persuna jew entità ġdida. B'mod professjonali. Inkarigu ċar fejn "it’s the results that count" u xejn aktar.
MA: U jekk dan ma jsirx? Jekk nibqgħu sejrin kif aħna, tara futur għat-teatru Malti? OC: Għall-kittieb Malti, ftit li xejn. Xbajna naqilgħu fuq rasna. Sfortunatament, l-udjenzi tagħna qed jitrawmu fuq teatru fraġli ħafna — teatru fejn, kif jgħidu l-Ingliżi, “you are out to impress, not express”. Sfortunatament huwa wieħed mill-ftit difetti li jkollna nammettu li aħna l-Maltin partikolarment, inbatu minnu. Ħasra jekk l-artisti tagħna, il-kittieba tagħna, iċedu totalment huma wkoll għal din it-tentazzjoni - biex ma jibqgħux jaqilgħu ġo rashom.
|
MARIO AZZOPARDI IL-MUMENT il-Ħadd, 2 ta' Novembru, 2003