PALK MALTI
 KONTEMPORANJU
 

IL-FESTA BIL-BANDIERI

 
             DRAMMI                        PUBBLIKAZZJONIJIET                     ARKIVJU                     NOTI BIJOGRAFIĊI  
     
       
Imma fid-dar veru li   kien hawn il-ħares, l-ispirti. U hawn għadhom. Ma tħossuhomx intom ukoll li għadhom hawn? Li kieku kelli norqod ġo dil-kamra l-lejla, x’taħsbu: tkun idea tajba?" 
            Marco

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 







 

 

IL-FESTA BIL-BANDIERI
dramm fi tliet atti
Olografu evokattiv  - Lil Malta MIllennarja
(1999)

 “Il-Festa bil-Bandieri” ta’ Calleja hija kummiedja li fiha present, imgħoddi u xi ftit ukoll il-ġejjieni jidhru f’xulxin b’mod li hu teatrikament effettiv. Calleja jikkummenta bla ma jippriedka fuq l-ambjent soċjali u politiku ta’ Malta, u fuq l-effetti fuq is-soċjetà ta’ l-emigranti li jiġu lura f’pajjiżhom; f’għadd ta’ xeni joħloq effetti liriċi li jkomplu jbiegħdu lix-xogħol mir-realiżmu li spiss tant ixekkel lill-palk.  Din hi kummiedja sensittiva li tuża tajjeb l-ilsien ħaj tal-palk"

  Sottokumitat għad-Drama tat-Teatru Manoel (2002-2003) li għażel "Il-Festa bil-Bandieri" bħala wieħed miz-żewġ drammi  li t-Teatru Nazzjonali kien lest jisponsorja għall-istaġun 2003-200.

Ritratti mill-produzzjoni tal-2003.

 

Ħajr lil MARIO MINTOFF għall=biċċa l-kbira ta' dawn ir-ritratti.


IL-ĠRAJJA FIL-QOSOR

IL-FESTA BIL-BANDIERI tirrakkonta l-ġrajja ta’ Marco, Malti emigrant li jiġi lura f’pajjiżu biex jiskonġra, daqskemm jiftakar, l-imgħoddi li kien ħalla warajh. Lura fid-dar li trabba fiha jsib jistennewh il-figuri ta’ l-imgħoddi - dawk li ħarab minnhom - u fuq kollox l-ispirtu mimli nkwiet ta’ missieru mejjet. Bejniethom jirnexxilhom jirxuxtaw aktar tifkiriet - tifkiriet kultant ta’ għożża, kultant umoristiċi, kultant ta’ dwejjaq, li jikxfu l-konflitti li l-iben u l-missier donnhom qatt ma rnexxilhom isibu rkabtu tagħhom. Id-dramm iħallat persunaġġi tal-preżent ma’ l-iħirsa ta’ l-imgħoddi f’ "olografu evokkativ" fuq l-isfond tal-ġrajja ta’ pajjiżna minn wara l-gwerra 'l hawn, minn żmien Malta indipendenti u ħielsa, sa Malta llum, fuq għatba storika oħra li tista’ twassal lejn l-Ewropa magħquda

 

 


IL-FESTA BIL-BANDIERI : Silta (L-Ewwel Att)


IL-MISSIER: Pero bdejt tajjeb eh. Prosit!

MARCO: Xiex?

IL-MISSIER: Hekk, din l-ewwel xena. Basta għedt ridt tevita l-melankonija! U tibda eżatt bil-mewt traġika ta’ missierek. Le –prosit, eh.

IT-TIFLA tqum minn mal-mejda u tmur tpoġġi bil-qiegħda f’tarf is-sodda.
IL-MISSIER “raha”, imma MARCO għad le.                                           

MARCO: Kultant – kultant dawn m’humiex affarijiet li tista’ tikkrontrollahom kif ġib u laħaq.

IL-MISSIER: X’ma tikkontrollax? Għalxiex qed tgħid – għall-ispirti? Skuża dik. Dan kollu xogħok – li qiegħed hawn jien – li m’għadnix mixħut taħt dik is-sodda fejn għamilt tlett ijiem sakemm sabuni… Ma tafx kif tfarrak għadmek kollu fuq dak il-madum kiesaħ. Imn’alla kien is-sajf!

MARCO: Jisgħobbija…

IL-MISSIER: Xiex?

MARCO: Li ma ġejtx qabel.

IL-MISSIER: Xiex jisgħobbik?

MARCO: ...Li ma sibtekx jien dak inhar. Kien it-Tnejn meta sabuk,veru? Tara kif niftakar? Il-Ħadd kelli ngħaddi narak...u kont ġejt magħha, ma’ Tina (jara l-ħarsa ta’ MISSIERu) …il-mara tiegħi.

IL-MISSIER: Eh, naf, smajtek, l-Awstraljana.

MARCO: …Kont ġejt magħha Malta. Meta mietet iz-zija Karm.

IL-MISSIER: U t-tfal?

MARCO: Xiex it-tfal?

IL-MISSIER: (waqt li jiftaħ il-ktieb li ġabet magħha t-TIFLA u jsibilha paġna biex toqgħod taraha) Ġibthom miegħek?

MARCO: Ma kellniex tfal dak iż-żmien.

IL-MISSIER: (akkuża) Wara ħames snin żwieġ.

--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-Tfittxija għall-Palk Malti              Mid-daħla tal-ktieb

Bejn Angry Young Men u Dolci Smemorie

Miktub f’1999, "Il-Festa bil-Bandieri", l-istess bħad-drammi li ktibt matul id-disgħinijiet, jipprova jikxef inkonxjament, daqskemm inevitabilment, l-esperjenza Maltija ta’ l-aħħar nofs tas-seklu wieħed u għoxrin. Dan għaliex jiena nemmen fit-teatru li huwa essenzjalment realistà u li jirrakkonta ġrajjiet li ma jistgħux jinfatmu mill-identità tas-soċjetà kontemporanja. Huwa teatru li jirrakkonta ġrajjiet ta’ karattri li, bħala sfond mhux biss għandhom il-ħajja soċjali u politika ta’ gżiritna, imma wkoll, u fuq kollox, jirriflettu l-ħsus, ix-xewqat, l-emozzjonijiet, it-tamiet, it-tbatija u l-qtugħ il-jies li huma ineżorabilment marbutin mal-ġrajjiet ta’ pajjiż li għadda mill-ewwel nofs seklu ta’ awtonomija politika li ma kienx nieqes minn konflitti, kuntrasti u kontradizzjonjiet li ddistingew lil ġensa tul dawn l-aħħar ħamsin sena.

Il-lingwa tiegħu

Madankollu, minkejja dawn ir-riflessjonijiet li wieħed jista’ faċilment jintilef fihom bir-riskju li jħalli tidħol togħma ta’ akkademiżmu li ftit li xejn għandu x’jaqsam mat-teatru ħaj, jiena nemmen, fuq u qabel kollox, li l-Palk Malti ma jistax jeżisti – m’għandux għalfejn jeżisti – jekk ..... ikompli

Aħna min aħna, aħna min konna

Hekk kif tul ir-rebbiegħa u s-sajf tal-2002 rajna tfewweġ polemika taħraq dwar il-qagħda tal-Palk Malti u l-validtità tat-teatru indiġenu, illum, anakronistikament, ħamsin sena wara l-Indipendenza, jidher li għad hemm bżonn li xiħadd, xi mkien, xi darba jiftakar u jfakkar li t-teatru huwa riflessjoni ta’ l-identità tagħna... ikompli

If we get angy enough

Kien hemm żmien meta l-"angry young men" kienu s-salvazzjoni tat-teatru modern. Illum Edward Albee jgħidl li "if we get angry enough..." it-teatru nistgħu nsalvawh. Hawn Malta r-rabja tat-teatru tidher li hija biss emozzjoni effimera ... ikompli

(Ara l-artiklu kollu)

OC
Ottubru 2002



 

L-ISKRIPT
 tad-dramm
 Nota dwar l-użu
 


 


 

Posters maħruġa għall-
produzzjoni fil-Manoel
f'Novembru 2003.
Ritratti oriġinali ta' Darren
Zammit Lupi.
Disinn tal-handouts,
Oreste Calleja


.

wara

Elsa Romei, Francesca Vincenti,
Marc Spiteri, Joe Cortis u 
Roberta Curmi

fin-nofs

 

 

 

It-teatru huwa riflessjoni ta’ l-identità tagħna, u ... fuq kollox il-kitba għall-palk, l-istess bħal kull kitba kreattiva, toħroġ u titnissel mill-memorja kollettiva ta’ ġensna u kapaċi tikxef u tħalli warajha xhieda ta’ aħna min aħna u aħna min konna.


 

INTERVISTA
MINN MARIO AZZOPARDI :
FOKUS
IL-MUMENT

2ta' Novembru 2003

 

 

 

   

  PALK MALTI KONTEMPORANJU

 

DRAMMI                                PUBBLIKAZZJONIJIET                                         ARKIVJU                               NOTI BIJOGRAFIĊI