|
NIXTIEQ il-lum nistaqsi lill-amministraturi tal-MTV, jew lill-bord jew panel ligħandhom, jekk ħasbux li spiċċaw il-plays tad-dinja kollha biex kellhom jirrikorru għal dik il-hmerija grassa u li ma tinħafirx li l-awtur tagħha Oreste Calleja sejħilha “Anestesija”.Trid, tabilħaqq, tkun taħt anestesija qawwija biex tagħmel siegħa thewden u tipproduċi ċ-ċuċati kollha li rajna fuq it-television, proprju lejlet il-għaxar anniversarju tiegħu. Lil Oreste Calleja ma ngħidulu xejn. X'naqbdu ngħidu-lu? Huwa beda jara t-tifħir li xi wħud fajjru lil Frans Ebejer, u qal f'qalbu: Iva allura jien ma nafx inħażżeż xi ħaġa li ma jifhimha ħadd, taparsi li hija għolja, u ma jissugrawx igħidu li ma fehmuxejn għax joħorġu ta' antiki? Ta' mhux istruwiti fl-arti drammatika? Possibbli jiena m'inix kapaċi noħloq xi ħaġa li anqas jiena stess ma nifhem xi tfisser, nagħtiha lil xi Albert Marshall jipproduċiha u naraw x'joħroġ? Xi wieħed biex juri li fehem xi ħaġa għandu joħroġ ifaħħarni żgur u jien inkun ġusiifikat nieħu l-flus tal-copyrigħt li, wara kollox, huma l-aktar ħaġa importanti. |
|
L-artisti huma min huma, bravi jew le, jiddubbaw il-ħlas li ħaqqhom u barra
bid-daqq. Ir-reġista, jew producer, jew direttur, sejħulu li tridu, aktar ma
jagħmel ħmerijiet u jivvinta umbrellel u vjolini u nies ħafja u pupi, aktar
donnu jiġbed fuqu aġġettivi sbieħ. Iżda x''inhi fiha nfisha.
din “Anestesija”? Xejn, ħlief ċuċata grassa, xejn ħlief dagħwa artistika ta'
teatru taparsi modern. bi kliem “cheap” u fantasija
tal-ħabba
gozz.
Għal min qara ħafna hija kawlata kawlatorum ta' punti minn Andreiev
bil-'He who gets slapped”, De la Croix bil-“Phantom
of the Opera”, u Jonesco u Fabbri u Betti.
Aħna niskantaw b'dawk li ħallew issir din il-pastażata artistika għal quddiem it-telespettaturi. Nofs in-nies għalqu t-TV u marru jorqdu, oħrajn ippreferew jieħdu l-produzzjoni bħala penitenza ta' dnubiethom; oħrajn ma ridux jemmnu kif fid-dinja hawn awturi tal-kalibru ta' Calleja, b'dak iċ-ċertu moderniżmu li Mr. John Manduca & Co. ħallew jidhru fuq l-iscreen.
Imma kif Cathermc Bartolo Pulis, Joe Zammit Cordina u sħabhom aċċettaw li jitilfu dak iż-żmien kollu u dak l-istudju bl-amment kollu biex jagħmlu dak ix-xogħol li ma nafux x'naqbdu nsejħulu?
U x'ħaseb dana Calleja? Ħaseb li huwa sejjer jibqa' jissemma' għal dan il-kapolavur tiegħu? Ħaseb li d-dinja kollha se tibgħat għal dan ix-xogħol bażwi li ħażżeż?
Jekk “Anestesija” hija xi kampjun ta' xi teatru modern, jiena nisfida lil kritiċi bħal Ebejer, Pawlu Xuereb u Godwin Scerri sabiex jgħidulna x'tul ta' ħajja għandu dan ix-xorta ta' stil ta' “Anestesija”.
Wieħed li taparsi jifhem fit-teatru modern qalilna: dan huwa stil ġdid li bih l-awtur irid juri li għandek tikteb il-ħmerijiet kollha immaġinarji u possibbli u tħalli l-pubbliku jiffantasizza huwa xi tkun trid tgħid bit-tali umbrella, bit-tali maskra. bit-tali pupa, għaliex ħafjin, għaliex mustaċċ wieħed, għaliex vjolin idoqq waħdu, u ħafna għalixijiet oħra.
Jiena nsostni li b'dan l-istil ġewwa Frankuni hemm moħbija awturi li, jekk
nagħtuhom iċ-ċans, addio Cekov u Pirandello, addio Strindberg u O'Neill, addio
Ibsen u Miller.
GWANN MAMO
IX-XEWKA – 7 ta’ Ottubru, 1972 Min ta l-permess biex issir il-famuża "Anestesija"?