|


Posters maħruġa għall-
produzzjoni fil-Manoel
f'Novembru 2003.
Ritratti oriġinali ta' Darren
Zammit Lupi.
Disinn tal-handouts,
Oreste Calleja

Elsa Romei, Francesca Vincenti,
Marco Spiteri, Joe Cortis u
Roberta Curmi


Imma fid-dar veru li
kien
hawn il-ħares, l-ispirti.
U hawn għadhom. Ma tħossuhomx intom ukoll li għadhom hawn? Li kieku kelli
norqod ġo dil-kamra l-lejla, x'taħsbu: tkun idea tajba?"
Marco |
|

EDIZZJONI ĠDIDA
- 2017 (Hardback ISBN 978 99957
896 57)
'Il-Festa bil-Bandieri' ta' Calleja
hija kummiedja li fiha present, imgħoddi u xi ftit ukoll il-ġejjieni jidhru
f'xulxin b'mod li hu teatrikament effettiv. Calleja jikkummenta bla ma
jippriedka fuq l-ambjent soċjali u politiku ta' Malta, u fuq l-effetti fuq
is-soċjeta' tal-emigranti li jiġu lura f'pajjiżhom; f'għadd ta' xeni joħloq
effetti liriċi li jkomplu jbiegħdu lix-xogħol mir-realiżmu li spiss tant
ixekkel lill-palk. Din hi kummiedja sensittiva li tuża tajjeb l-ilsien ħaj
tal-palk"
Sottokumitat għad-Drama tat-Teatru Manoel (2002-2003) li għażel "Il-Festa
bil-Bandieri" bħala wieħed miz-żewġ drammi li t-Teatru Nazzjonali kien lest
jisponsorja għall-istagun 2003-2004.
Ritratti mill-produzzjoni tal-2003

Ħajr lil Mario Mintoff għal biċċa kbira ta' dawn
ir-ritratti
IT-TFITTXIJA GĦALL-PALK MALTI
Mid-daħla tal-ktieb
Bejn Angry Young Men u Dolci Smemorie
Miktub fl-1999, 'Il-Festa bil-Bandieri' , l-istess bħad-drammi li ktibt
matul id-disgħinijiet, jipprova jikxef inkonxjament, daqskemm
inevitabilment, l-esperjenza Maltija ta' l-aħħar nofs tas-seklu wieħed u
għoxrin. Dan għaliex jiena nemmen fit-teatru li huwa essenzjalment realista'
u li jirrakkonta grajjiet li ma jistħħux jinfatmu mill-identita' tas-soċjeta'
kontemporanja. Huwa teatru li jirrakkonta ġrajjiet ta' karattri li, bħala
sfond mhux biss għandhom il-ħajja soċjali u politika ta' gżiritna, imma
wkoll, u fuq kollox, jirriflettu l-ħsus, ix-xewqat, l-emozzjonijiet,
it-tamiet, it-tbatija u l-qtugħ il-jies li huma ineżorabilment marbutin
mal-ġrajjiet ta' pajjiż li għadda mill-ewwel nofs seklu ta' awtonomija
politika li ma kienx nieqes minn konflitti, kuntrasti u kontradizzjonjiet li
ddistingew lil ġensa tul dawn l-aħħar ħamsin sena.
Il-lingwa tiegħu
Madankollu, minkejja dawn ir-riflessjonijiet li wieħed jista' faċilment
jintilef fihom bir-riskju li jħalli tidħol togħma ta' akkademiżmu li ftit li
xejn għandu x'jaqsam mat-teatru ħaj, jiena nemmen, fuq u qabel kollox, li
l-Palk Malti ma jistax jeżisti ' m'għandux għalfejn jeżisti ' jekk .....
ikompli
Aħna min aħna, aħna min konna
Hekk kif tul ir-rebbiegħa u s-sajf tal-2002 rajna tfewweġ polemika taħraq
dwar il-qagħda tal-Palk Malti u l-validtita' tat-teatru indiġenu, illum,
anakronistikament, ħamsin sena wara l-Indipendenza, jidher li għad hemm
bżonn li xiħadd, xi mkien, xi darba jiftakar u jfakkar li t-teatru huwa
riflessjoni ta l-identita' tagħna... ikompli
If we get angy enough
Kien hemm żmien meta l-"angry young men" kienu s-salvazzjoni tat-teatru
modern. Illum Edward Albee jgħidl li "if we get angry enough..." it-teatru
nistgħu nsalvawh. Hawn Malta r-rabja tat-teatru tidher li hija biss
emozzjoni effimera ... (Ara
l-artiklu kollu)
IL-FESTA BIL-BANDIERI Silta (L-Ewwel Att)
IL-MISSIER:
Pero bdejt tajjeb eh. Prosit!
MARCO: Xiex?
IL-MISSIER: Hekk, din l-ewwel xena. Basta għedt ridt tevita l-melankonija!
U tibda eżatt bil-mewt traġika ta' missierek. Le .... prosit, eh.
IT-TIFLA tqum minn mal-mejda u tmur tpoġġi bil-qiegħda f'tarf is-sodda.
IL-MISSIER raha imma MARCO għad le.
MARCO: Kultant... kultant dawn m'humiex affarijiet li tista'
tikkrontrollahom kif ġib u laħaq.
IL-MISSIER: X'ma tikkontrollax?
Għalxiex qed tgħid għall-ispirti? Skuża dik. Dan kollu xogħok li
qiegħed hawn jien li m'għadnix mixħut taħt dik is-sodda fejn għamilt
tlett ijiem sakemm sabuni. Ma tafx kif tfarrak għadmek kollu fuq dak
il-madum
kiesaħ. Imn'alla kien is-sajf!
MARCO: Jisgħobbija?
IL-MISSIER: Xiex?
MARCO: Li ma ġejtx qabel.
IL-MISSIER: Xiex jisgħobbik?
MARCO: ...Li ma sibtekx jien dak inhar.
Kien
it-Tnejn meta sabuk, veru? Tara kif niftakar?
Il-Ħadd kelli ngħaddi narak...u kont ġejt magħha, ma' Tina
(jara l-harsa
ta' MISSIERu) il-mara tiegħi.
IL-MISSIER: Eh, naf, smajtek, l-Awstraljana.
MARCO: Kont ġejt magħha Malta.
Meta
mietet iz-zija Karm.
IL-MISSIER: U t-tfal?
MARCO: Xiex it-tfal?
IL-MISSIER: (waqt li jiftaħ il-ktieb li ġabet magħha t-TIFLA u jsibilha
paġna biex toqgħod taraha) Ġibthom miegħek?
MARCO: Ma kellniex tfal dak iż-żmien.
IL-MISSIER: (akkuża) Wara ħames snin żwieġ.
---------------------------------------------------------------------------------------
|

.mobi
-
ePUB
-
PDF

IT-TFITTXIJA GĦALL-PALK MALTI
....It-teatru huwa
riflessjoni tal-identita' tagħna, u ... fuq kollox il-kitba għall-palk,
l-istess bħal kull kitba kreattiva, toħroġ u titnissel mill-memorja
kollettiva ta' ġensna u kapaċi tikxef u tħalli warajha xhieda ta' aħna min
aħna u aħna min konna. (ikompli)

INTERVISTA
minn
MARIO AZZOPARDI :
FOKUS
IL-MUMENT
2 ta' Novembru 2003


 |