XSENURU 4
IġsmaIħirsa
 

   


IT-TEATRU TA'
ORESTE CALLEJA
 

                         NOTI BIJOGRAFIĊI                         ID-DRAMMI                         PUBBLIKAZZJONIJIET                            ARKIVJU

 

 

 


XSENURU 4

POST MORTEM


XSENURU 4, din id-darba mtella' mill-MOVIMENT QAWMIEN LETTERARJU reġa' kiseb suċċess minn għadd ta' naħat. Kemm min-naħa tal-produzzjonijiet u kemm min-naħa tal-udjenza kbira li mliet it-tejatru tal-Universita' nhar is-Sibt u l-Ħadd li għaddew.

     

L-ORIZZONT Il-Ħamis, 1 ta' April, 1971

  




 


XSENURU 4  reġa' wera li hawn għatx kbir għal drammi bil-Malti. Reġa' kkonsolida l-entużjażmu taż-żgħażagh ġodda fjamanti li għandhom ħila, għada pitgħada, iwessgħu dejjem aktar iċ-ċirku artistiku Malti, fuq linji "professjonali" (il-kelma nagħżel li ma natihiex tifsira pura minħabba għadd ta' fatturi li trid tkun għama biex ma tintebaħx bihom).

Niftakar illi l-ewwel darba li sar Xsenuru. mat-tliet snin ilu, l-udjenza kienet tikkonsisti f'numru fqir ta' mhux aktar minn sittin ruħ kull lejla. Hu kkalkulat li mas-750 ruħ raw XSENURU 4 l-ġimgħa Ii għaddiet.

Din hi emanċipazzjoni li tfisser ħafna. Tejatru b'saħħtu jiddependi mill-udjenza u mid-dispożizzjoni tagħha li taċċetta forom u espressjonijiet artistiċi li jinbidlu u jipprogredixxu. Għidt kemm-il darba illi il-kunċett ta' tejatru f'moħħ il-ġenerazzjoni ta' llum jeħtieġ li tinbidel u jxidd libsa ta' involviment soċjali (u nasal biex ngħid spiritwali,  ukoll).

Inħoss li minn tejatru b'saħħtu l-udjenza trid tassorbi kummentarju ħieles, bla kompromessi immaturi, li jidentifika ruħu ma' medium potenti (għalhekk analitiku sal-iċken dettal) għall-għarfien ta' struttura soċjali, politika, (li sa issa tqieset bħala tab u li wasal iż-żmien li fuqha jibda jżernaq dawl ġdid) u reliġjuża tan-nazzjon.

L-arti f'ġieħ l-arti hija kawża li nemmen fiha ħafna. Iżda l-arti f'ġieħ l-arti f'pajjiżna qatt ma wasslitna 'l bogħod wisq. Ma' kull taqsima jeħtieġ li nibdew norbtu kummentarji li jfissru; li jqajmu l-poplu u juruh xi tfisser l-indipendenza tal-ħsieb

Hawn nara s-siwi ta' XSENURU attivita' simili. Huwa s-siwi ta' esperimentazzjoni kuraġġuża li trid trodd frott fis-snin li ġejjin.

***

L-ORIZZONT Il-Ħamis, 1 ta' April, 1971 
 

      
 
   
 
 
 

PALK MALTI KONTEMPORANJU

         NOTI BIJOGRAFIĊI                               ID-DRAMMI                           PUBBLIKAZZJONIJIET                        ARKIVJU