www.orestecalleja.com



 

L-ismijiet tar-rebbieħa fil-Konkors tar-Radjudrammi mniedi mir-Rediffusion is-sena l-oħra tħabbru f'Rediffusion House nhar il-Ġimgħa, 18 ta' Jannar fil-preżenza tas-Sur Joe Avellino, id-Deputat General Manager tal-Grupp tar-Rediffusion li wkoll ippreżenta l-premjijiet u d-diplomi lir-rebbieħa.

lr-radjudrammi ġew eżaminati mill-membri tad-Drama Panel tar-Rediffusion, li huma l-Prof. Guż Aquilina, Fr. H. Born, is-Sur Guż Diacono u s-Sur Mario Azzopardi, li kienu wkoll preżenti.

Iċ-ċerimonja kienet tikkonsisti fil-qari tar-rapport tal-eżaminaturi u l-ftuħ minn Dr. Eric Sammut, l-Avukat tal-kumpanija, ta l-envelopes issiġġillati bl-ismijiet tal-awturi li kienu jikkorrispondu man-nom-de-plume.

 Seba' radjudrammi ħadu "honourable mention".

 Dawn kienu: 'Il-Qsajjar" ta' E. Mallia; "Fis-Saltna tal-Palomba" ta' Karl Borg;"Il-Prova li ma Swiet Xejn" ta' Victor Cuschieri; "Meta l-Qamar ikun Kwinta" ta' George Buttigieg; "Għanqbuta" ta' Karmenu Gruppetta; "Katarsi" ta' George Buttigieg; "Fix-Xifer" ta' G. Peresso. It-Tielet premju ta' M40 intrebaħ minn Joe A. Grima bir-radjudramm "Ecce Homo";  

it-Tieni premju ta' M60 intrebaħ minn Alfred Sant bir-radjudramm "Cortis u Camilleri" waqt li l-Ewwel premju ta' M80 rebħu Oreste Calleja bir-radjudramm "Għażiż Angelo".

Is-Sur Victor Aquilina, il-Kap tal-Programmi, introduċa lil Fr. H. Born li qara r-rapport ta' l-eżaminaturi. Ir-rapport jgħid li ġew eżaminati 63 radjudramm.

Fir-ritratt: Is-Sur Oreste Calleja (xellug) qed jiġi ppreżentat b'ċekk ta' M80 mis-Sur Joe Avellino (lemin). Fin-nofs jidher is-Sur Louis Buttigieg.


Dan kien numru rekord. II-membri tal-panel tad-drama qalu li l-livell kien sodisfaċenti waqt li xi whud mir-radjudrammi kellhom standard għoli sew. L-agħar nuqqas inħass fid-djalogu, il-karatterizzazzjoni u fil-plots.

Qalu wkoll li xi awturi wrew nuqqas ta' għarfien tat-teknika tal-kitba għar-radju. Kienu prezenti wkoll għaċ-ċerimonja s-Sur Charles Arrigo, Assistent Kap tal-Programmi, u s-Sur Louis Buttigieg, l-Editur tad-Drama.


  LURA                                                                                                                                                                    L-Orizzont -  Jannar, 1974