www.orestecalleja.com


 

 

GĦASFUR TAĊ-COMB
Oreste Calleja intervistat minn Paul Falzon

X'ridt tfisser b'Għasfur taċ-Ċomb?

Għasfur taċ-Ċomb kif naħseb taf hu l-isem ta' logħba li konna nilagħbu fit-triq meta konna tfal. Hu ovvju naħseb li l-isem hu magħżul proprju għall-kontradizzjonijiet impliċiti fil-kliem — għasfur biex itir ma jistax ikun taċ-ċomb. Naħseb hawnhekk tidħol ukoll l-idea tar-rieda ħielsa tal-bniedem — bniedem li aħna nifhmu għandu r-rieda ħielsa — kapaċi jtir mela, metaforikament — u kapaċi jagħżel li jagħmel li jixtieq — u li kapaċi jagħżel bejn it-tajjeb u l-ħażin. Iżda safrattant magħmul minn ġisem iebes — taċ-ċomb —  li ma jhallihx. Il-kontradizzjoni jien naraha fil-fatt li din ir-rieda ħielsa — kultant la hi tant ħielsa u ċertament qatt ħafifa. Din hi s-sitwazzjoni li jien inpoġġi l-karattri kważi kollha tad-dramm — nies li jien insejħilhom "nies ta' l-affari tagħhom" —forsi b'xi ftit sarkażmu, nammetti — iżda nies li jien insejħilhom ukoll twajbin —bla sarkażmu għax sinċerament jaħsbu li huma lkoll mexjin fit-triq it-tajba—jew ta' lanqas hekk jixtiequ jilludu ruħhom.

 

 

 

 

Oreste Calleja

Lil Oreste Calleja ħafna jiftakruh lejn tmiem is-snin sittin u I-bidu tas-snin sebgħin għax-xogħlijiet tiegħu fil-qasam tad-drammi. Iżda din il-ħidma letterarja tiegħu waqfet ħesrem meta fl-l974 emigra lejn I-lstati Uniti. Għalkemm il-ġibda lejn il-kitba bil-Malti, l-aktar dik tad-drammi, baqgħet tħeġġeġ u tbaqbaq fih, ix-xewqa li jissokta bil-kitbiet tiegħu ma setax iwettaqha, minħabba diversi raġunijiet. Kien biss meta reġa' lura Malta dan l-aħħar li din ix-xewqa tiegħu seta' jwettaqha permezz tal-pubblikazzjoni tal-ktieb Għasfar taċ-Ċomb — dramm fi tliet atti — li, fostl-oħrajn, jittratta diversi aspetti mill-ħajja Maltija.
 

Dwar l-Awtur:

Oreste Calleja twieled II-Ħamrun fl-l945. Studja fil-Liċeo u fil-Kulleġġ tal-Għalliema, San Mikiel, u għallem għal bosta snin fl-iskejjel tal-Gvera. Bejn l-l968 u l-l974 kiteb bosta xogħlijiet bil-Malti għall-palk, ir-radju u t-televiżjoni, ħafna minnhom milqugħin tajjeb, oħrajn, bħal Satira u Anestesija kienu kontroversjali għall-aħħar. Anestesija (meqjusa bħala prodott tat-Teatru ta' l-Assurd) intweriet fuq l-MTV f’għeluq l-għaxar anniversaju ta' l-istazzjon u qajmet polemika li damet ġimgħat sħaħ fil-ġumali lokali.

 
Oreste Calleja kien membru attiv tal-kumitat tal-Moviment Qawmien Letterarju u membru tal-bord editorjali ta' Sagħtar fit-twelid ta' din ir-rivista. Fl-l974 hu ħalla Malta għall-Ingilterra u wara għall-Amerika u ġie lura Malta fl-l99l. Barra, hu studja fl-Università ta' Londra u f’Universitajiet fi Florida fejn iggradwa fl-Arti u fil-Franċiż.

 

 

F'dan id-dramm int ittrattajt it-tema ta' l-ambjent Jista' wieħed joħodha li din hi t-tema prinċipali?

Ovvjament le — għalkemm din forsi l-ewwel impressjoni li ttieħdet tad-dramm. Izda wieħed malajr jista' jara li għalkemm kelli ċerti referenzi għall-ambjent — u preċiżament għax il-ġrajja tiżvolġi f’ambjent rurali, ġo dar u familja fejn il-kaċċa kellha ċerta importanza — sadattant jien nuża dan l-isfond pjuttost biex noħroġ it-tema, jew temiet, li jinteressawni. Mela hemm ċerta imagery ambjentalistika—bħalma hi dik bażata fuq il-kaċċa, il-guva meqruda, l-għasafar ibbalzmati, it-trabokk, it-theddida impliċita tal-kaċċaturi li dejjem joqorbu lejn id-dar sakemm il-kliem RTO saħansitra jispiċċaw miktubin fuq it-twieqi tad-dar innifisha ... dar fejn jaraw il-kitba fuq il-ħitan iżda ma jifhmux il-messaġġ. Iżda hemm ukoll riferiment għas-sigar bla frott, is-serra qed tinqered bil-mod il-mod, l-ilma tal-ġibjun ivvelenat eċċ, eċċ. Jien ippmvajt u naħseb li rnexxieli ndaħhal dawn b'ċertu mod li qatt ma jispikkaw bhala xi simboli evidenti li jinqalgħu 'l barra mill-azzjoni jew li jattiraw attenzjoni esaġerata hekk li jinfirdu mill-ġrajja. Ippruvajt nużahom bhala sfond — irtokki żgħar li joholqu ambjent totalment ritwalisliku hekk li jseddqu l-atmosfera ta’ għeluq, ta' qerda u telfien li fiha dahhalt jgħixu l-karattri tiegħi.

 

Fid-daħla tad-dramm, il-Professur Oliver Friggieri jgħid li "fuq kollox dan hu teatru kollu kemm hu interpretattiv" Hemm min isostni li dan ix-xorta ta' teatru għamlu żmienu. X'inhi l-fehma tiegħek dwar dan?

Wieħed irid jistaqsi forsi x'wieħed jista' jifhem b'interpretattiv qabel kollox

 

Ngħidu aħna, it-tip ta' teatru metaforiku jew simboliku, teatri ta' l-assurd bħalma kienu xi xogħlijiet tiegħek u ta' Ebejer. Il-pubbliku Malti sar pjuttost jippreferi xogħol anqas impenjattiv, tat-tip ta' teatrin.

Ma naħsibx li sar jippreferi — iżda baqa' jippreferi! Jien kif taf, għamilt kważi tmintax-il sena barra, u għalhekk jien l-aħħar wieħed li nista' nitkellem x'sar u x'ma sarx jippreferi l-pubbliku Malti. Li naf minn dawn l-aħħar xhur li ili hawn hu li ma nara assolutament ebda progress fil-preferenzi ta’ l-hekk imsejjaħ “pubbliku”. Li naf żgur, skond ma nara li qed jintwera fit-teatri tagħna, inkluż il-Manoel u l-ftitissimu li qed nara fuq it-televiżjoni, hu li I-pubbliku jmur it-teatru preferibbilment biex jara l-kummiedji — inklużi fost dawk li jmorru jaraw drammi bl-Ingliż fil-Manoel. Li jolqotni hu meta nisma' jitkellem lil xi ħadd li jmissu jaf aħjar. Nieħu eżempju meta kont qed nitkellem ma' ċertu 'direttur' ta' kumpanija Maltija. Konna għadna ma nafux lil xulxin u dan qalli li jixtieq jara aktar drammi tajbin bil-Malti, basta kummiedji, għax kif qal hu "Aħna (il-Maltin?) irridu nippruvaw niġru qabel nitgħallmu nimxu!" Me!a aħna għall-kummiedji (jew fares?) biss tajbin. Apparti I-fatt li l-kummiedja vera trid sengħa biex tinkiteb daqs l-aqwa dramm — jekk mhux aktar — dan juri li l-Malti għal bosta għadu xi ħaġa second class — sottożviluppata u inferjuri. Juri wkoll nuqqas ta' għarfien ta' identità u kuxjenza nazzjonali. Iżda dak diskors ieħor. Iżda jekk tistaqsini għadx baqa' postu t-teatru interpretattiv — teatru li jipprova jogħla xi ftit fi sferi fejn nazzjonijiet oħra ilhom snin twal li leħqu — it-tweġiba tiegħi hi li hu dan it-tip ta' teatru li jogħġob lili. Iqajjimni mir-raqda ta' kuljum. L-anestesija.
 

L-aħħar xogħol tiegħek hawn Malta kien il-ktieb ”4 Drammi” lejn il-bidu tas-sebgħinijiet. Kif tħares lejn dan l-aħħar xogħol tiegħek, imqabbel ma' dawk id-drammi?             .

Dak iż-żmien kien hemm min iddeskrivini bħala ”an angry young playwright". Li kien veru — kont irrabjat. Għax kont nahseb li nista' — u nistgħu — nkunu aħjar. Għax wieħed jirrabja u jipprotesta u jirrinunzja s-soċjetà—iżda in fondo wieħed jistenna li xi ħadd se jikkuntradixxih — li hemm ċans li għandu tort u li jista' jkun li l-istampa li qed jara hi xi ftit sfukata iżda taħt id-distorzjonijiet irid li jkun hemm infatti stampa koerenti. Meta jgħaddi ż-żmien u tasal għal konklużjoni li tipprotesta u tikkontesta kemm tikkontesta m'hemm xejn x'wieħed jista' jagħmel...  għax m'hemm xejn għajr, u 'l hinn, mid-distorzjonijiet li għadek qed tara — hemmhekk il-protesta ssir traġika. Ma ngħidx li Għasfur taċ-Ċomb inħoloq f’din l-estremità. II-Professur Oliver Friggieri jaċċenna li jien ukoll nasal biex ikolli "id-demgħat tas-silġ" tiegħi (riferenza hawnhekk għal ċertu perjodu fil-poeżiji ta' Mario Azzopardi). Wieħed jibki iva, iżda n-nar ġewwieni ilu li kesaħ. F'Għasfur taċ-Ċomb tista' tgħid li l-karattri kollha, jekk m 'humiex hekk fil-bidu tad-dramm, jispiċċaw f’din l-estremità lejn it-tmiem. Għajr is-Sa Petronja — karattru pjuttost satiriku li jorbot ħafna ma' ċerti karattri oħra f’Ċens Perpetwu u Satira. U li ma jinbidlu qatt.

 

Għandi nifhem li fil-fatt dan id-dramm diġà hu ppjanat biex jittella' dalwaqt...

Iva, il-kumpanija Maleth infatti avviċinawni għal dramm għall-Manoel ftit ġimgħat qabel ma id-dramm kien lest għall-istampa u jien għaddejt kopja lil Manwel Cassar. Hu maħsub li huma jippreżentaw Għasfur taċ-Ċomb fl-istaġun li ġej. Niftakar meta tlaqt minn Malta il-Maleth kienet waħda mill-ftit kumpaniji li l-aktar li kienu jippreżentaw u jinkoraġġixxu drammi bil-Malti. Jidher li t-tradizzjoni żammewha.

 

Iżda tara li sar żvilupp fil-qasam tad-drama Malti f’dawn l-aħħar snin?

Sinċerament ma nafx. Kont se nazzarda ngħid ma nafx sarx xi żvilupp. Biss il-firda tiegħi minn Malta kienet hekk totali li ma naħsibx li nista' nirrispondi din il-mistoqsija adegwatament. Li nista' ngħid, kif diġà aċċennajt, hu li mill-ftit li ili hawn ma nistax nara li sar xi progress fenomenali. Lanqas ma naħseb li saret xi bidla kbira. Il-kumpaniji żdiedu, iżda l-prodott finali, ma nafx... Jien niftakar b'ċerta nostalġija s-serati li kienu jtellgħu l-istudenti ta' l-Università— is-serati XSENURU fis-sittinijiet — niftakar l-iljieli let-terarji mill-Moviment Qawmien Letterarju — programmi avangardista ta' letteratura fuq ir-Rediffusion, programmi bħal Beat u Letteratura u Il-Ħannieqa fejn il-ħeġġa ta' bosta żgħażagħ kienet bdiet tagħti demm ġdid kemm lil-Letteratura u kemm lill-Palk. Ma narax dan it-tip ta' xogħol f'Malta tad-disgħinijiet. Lanqas rivisti bħal ma kien Il-Polz ma jidher li għadhom jeżistu. Għidli fejn jista' wieħed imur biex jiltaqa' mal-kittieba ta' għada? Fejn jista' wieħed jara jew jaqra xogħolhom? Iżda forsi qed inkun inġust. Forsi l-fatt li jien ma nafx b'din it-tip ta' ħidma ma jfissirx li ma teżistix. Iżda jekk jeżistu jinħtieġu jsibu mod kif jiġbdu l-attenzjoni tal-pubbliku. Żmien twil ilu fiż-żerniq ta' Malta Indipendenti, għall-ħabta ta' l-l966 ċertu 0liver Friggieri, student, kien kiteb f’ġurnali lokali jisħaq fuq il-letteratura Maltija u l-bżonn ta' "qawmien letterarju". Ftit xhur wara nibet il-Moviment Qawmien Letterarju. Hemm xi ħadd forsi jipprevedi  l-ħtieġa ta' Irxoxt?

Ta' min wieħed isemmi s-suċċess fenomenali li għamlet l-Għaqda tal-Malti ta' l-Università fis-simpożju li sar riċentement. Naħseb li għad jibqa' mfakkar bħala l-aktar attività rilevanti għal-letteratura Maltija tad-disgħinijiet. Nittama, anzi konvint, li dan hu biss il-bidu.

 

Kif taħseb li t-teatru b'xi mod jista' jgħin fil-kultura ta' pajjiżu?

Nibda biex ngħid li jista jgħin billi jipprova juri u jikxef l-identità tagħna. Lura kemm hi lura. Xi ħadd qal li l-kultura hi dak li jibqa' meta affarijiet oħra jmutu u jintesew. Jalla t-teatru ma jħalliniex ninsew li aħna Maltin. Anki jekk aħna lura. Iżda hawnhekk qed nitkellmu dwar teatru Malti — dwar il-palk Malti li xi għoxrin sena ilu jien għedt bil-preżunzjoni kollha taż-żgħożija li ma kienx jeżisti. "Ara l-Manifest ta' l-Awtur" f'4 Drammi. Għalkemm fil-fatt jeżistu xogħlijiet ta' livell għoli ħafna — (basta tara x-xogħlijiet ta' Ebejer) għal bosta Maltin seta’, u fil-fatt jista' għadu, ma jezistix sal-lum. Xi ħadd irid jiġbed l-attenzjoni ta' niesna li ta’ min ikollna Palk Tagħna — bl-ilsien tagħna — fiċ-ċokon tal-gżira tagħna. Issa li aħna indipendenti, ħielsa u repubbiikani! Għax aħna m'aħna xejn anqas minn pajjiżi oħra. Ħlief forsi fiċ-ċokon ta' moħħna.

LURA                                  

                                                                                                                                                                                                                                 


 

PAUL FALZON                                                                                                                                                                                                                                         IL-MUMENT  il-Ħadd, 27 ta' Ġunju, l993  paġna 4l