Il-belliegha il-bir

 

 

IL-BELLIEGHA FIL-BIR


PALK MALTI KONTEMPORANJU 

 DRAMMI                           PUBBLIKAZZJONIJIET                                     ARKIVJU                              BIJOGRAFIJA

   


 
2016 - NEW HARDBACK EDITION

 
   

IL-BELLIEGHA FIL-BIRL-BELLIEGHA FIL-BIR

IL-ĠRAJJA

Iż-żmien u l-post:
Malta fil-bidu tad-disgħinijiet, fuq mewġa ta' prosperitÓ u rankatura konsumistika.
 
L-ambjent:
dak li dejjem imur minn taħt.

In-nies:

ŻEWGT AĦWA abbandunati minn ommhom u missierhom, weħedhom ġod-dar li wirtu b'saħta - jippruvaw isibu rkaptu ta' x'kien li għadhom marbutin ma' art missierijjiethom fejn għexu ħajjithom taħt il-ħars tal- mostri mistura imma xejn anqas qerrieda - il-biża u l-ħtija.

u żewġ barranin:

 IT-TFAJLA li qatgħet jiesha minn wieħed u tat lilha nfisha lil ħuħ u lil kul min jiġi,  inkluż l-ALLA ZGĦIR u iswed jobżoq il-liri tal-affariżmu rgħib.

IX-XIĦ: il-pellikan li lest imut għal uliedu, ipatti għall-imgħoddi.

U L-OMM li ma tidhirx imma dejjem hemm.


Stephanie Farrugia - Joe Pace


SILTA
 (mit-2 Att, it- 2 Xena)

RIENI: Għalhekk telqet mela?

ALISTAIR: (jikkwota) Meta fl-istess darek issib  ruħek ittraduta, ittraduta minn min tant ħabbejt… Ma setgħetx tkeċċih imma, id-dar kienet f’ismu wkoll. Imma x’tagħmel meta ma tistax tafda ’l min qed jgħix miegħek taħt l-istess saqaf tiegħek? X’tagħmel? Ma felħetx. Talanqas kienet konsistenti fuq hekk – l-istess bħal ma keċċiet lil missieri, għoxrin sena ilu, riedet tkeċċi lil Michael wkoll. U lili.

RIENI: Lilek?

ALISTAIR: Lili wkoll. Għedtllek, is-sitt xhur li għamilt hawn kien interrogarju kontinwu, bla heda. U xorta qatt ma fehmet, jew riedet tifhem. Allavojla kien hemm id-demm bejnietna, jorbotna. Ma fehmitx. Avolja kien hemm id-demm… Imbagħad, nhar il-Ħamis, sabet dawk il-vidjows. Għax ħallejthom hemm apposta, biex forsi xi darba tifhem, darba għal dejjem min jien. Darba għal dejjem.

RIENI: Kien għalhekk mela li telqet.

ALISTAIR: Għalhekk. Minħabba fih u fija. Minħabba missieri għoxrin sena ilu – minħabba fina lkoll. Falliment wara l-ieħor. Falliment agħar minn ieħor.


 



 


 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-iskript tad-dramm
L-ISKRIPT
IL=BELLIEGHA FIL-BIR

 


 

 

"Jekk drajt tixrob mill-ilma ta’ artek"


"Għax jasal żmien meta l-għejun li minnhom tixrob f’art barranija jinxfu, wkoll jekk drajt tixrob mill-ilma ta’ artek; ukoll jekk dik l-art m’għandhiex għajr ilma mdardar u mielaħ; ukoll jekk ġej mill-istess bir li ombrajtu minn ċkunitek. Ukoll jekk drajt it-togħma tal-barrani. Trid terġa’ dduq dak il-morr, terġa’ tittawwal f’dak il-bir u tosserva f’dak il-fond iswed sfiq dik ix-xiħaġa ħajja bilkemm titħarrek, titlajja hemm isfel – biex tħallik terġa’ tara kemm kemm ir-rifless ta’ dak il-wiċċ hemm isfel …ir-raġuni tal-biża’ li ġarrejt miegħek ħajtek kollha, tkun fejn tkun."


IL-BELLIEGHA FIL-BIR
II Att - 2 xena
 


 
Tenet of the play:
 Escape from one’s past, denying it or falsfying our legacy can only lead to madness and disaster.
Major roles:
 4 males 1 female,
 Minor roles: 2 male.
 Sets: interior, 1.
 
   

 

 

 

 

STORYLINE

Michael comes to his restored family farmhouse-cum fashionable villa to find that his Mother and Pawlinu  have left the home for good, leaving him and his gay brother, Alistair alone in the house. Not having any income they are soon “saved” by the return of their long departed father, the Old Man – who has come back seeking vindication from his sons after having being thrown out of the house for having once too often been involved in a disastrous fireworks accident, a dangerous obsession that has always run in the family. He takes over the role of both father and mother bent on one aim – the restoration of the past as he believes it should have been. Violence, greed, fear, hate and resentment are the full gammut of emotions that animate the drama and the past comes heavily leaden with superstition, guilt and above, all fear – as symbolised by the mythical "belliegha”, the ogre used to coerce children into obedience through terror and which inhabits the underground water reservoir on the family land. The boys have their own secrets, the one they will not share with the father, and the one’s they will not share with each other. What they do share is Rieni, Michael’s girlfriend and Alistair’s first love before he discovered his homosexuality. Although dissatisfied and alien to their family roots, she has finally been able to come to the household and serves as a catalyst for the coming to terms that is swift to unfold. In her past there is PJ, a powerful entrepreneur who travels with his own bodyguards, with a nose for business, tainted with the hint of shadiness that spells success. He, rather than the father, is Michael's “little black god” who will finally give him the freedom he seeks by striking a deal to sell all the family property. But what happens if he cannot get his brother to agree and sign the deal? Will the father allow the land he once owned, and which he still claims, fall victim to the environment vultures? And can the absent and never-seen all-powerful Mother be really discounted and forgotten that easily?


 
 
 


PRODUZZJONI  1994  
għall-PREMJU FRANCIS EBEJER ,
(l-ewwel konkors)
għall-Ministeru taż-Żagħżagħ u  l-Kultura


 

PRODUZZJONI
 ta'  
Carmel Aquilina


Stephanie
Farrugia

Rieni


 


Tonio
Chetcuti Caruana

Michael

 



John Pace

Alistair


Michael Tabone
 
Ix-Xiħ


John Suda
 
PJ
.

 

 

Ritratti :Mario.Mintoff  (Photocity)
 


 

Skonġra!

Issa billi turihomli jekk m'hemmx biex tħallashom?

Għalik hemm għadha, hux veru?
 
 

IL-BELLIEGHA FIL-BIR

DWAR L-ISKRIPTS  tad-drammi: Nota dwar l-użu.

il-belliegha
fil-bir

 

PALK  MALTI  KONTEMPORANJU

                  BIJOGRAFIJA                                   DRAMMI                                    PUBBLIKAZZJONIJIET                                  ARKIVJU