|
INIDIĊI
Θ
MANIFEST '72
Θ
THE NEED OF
CONTEMPORARY
THEATRE
Θ
ANSEJTÀ
U ANESTESIJA
Θ
LIVING OFF-OFF MANOEL
Θ
F'DAN IL-BAĦĦ
Θ
THEATRICAL COLONIAL
TIME WARPS
Θ
DEAD PLAYWRIGHTS
REVISITED
Θ
WHITEWASHING
THE MANOEL
Θ
GĦAX HEMM PALK MALTI
Θ
THE CULTURAL CRINGE
Θ
KWISTJONI TA'
MASTURBAZZJONI
Θ
FLYINGTHE FLAG
Θ
GĦAŻLA ĠENETIKA
Θ
DWAR
IL-PALK MALTI
LLUM
|
|
Għax hemm palk malti...
u hemm Palk Malti
Sur
Editur,
L-ittra ta’ C. Mercieca (28.07.02) dwar id-dramm rebbieħ tal-Konkors
Francis Ebejer li ttella’ reċentement f’Ta’ Qali taħt l-awspiċju
tad-Dipartiment tal-Kultura qajmet bosta punti, l-aktar b’mod indirett u
bis-sottintiż. Dan però
ma’ ħalla ebda dubju li hu ma apprezza assoluatment xejn
minn dak
li mar jara. Bħala spettatur għandu kull dritt jistqarr id-diżappunt
tiegħu.
Min-naħa l-oħra, jien bhala awtur dejjem ħassejt
li mhux posti li nikteb jew nitkellem biex infaħħar jew inmaqdar
kittieba oħra bħali – nippreferi nħalli dan id-dmir lil min hu xogħlu
jwassal lill-udjenza Maltija l-kritika u l-apprezzament fuqna
l-kittieba. Però, f’dan il-każ, billi bħalissa għaddejja diskussjoni
taħraq dwar x’inhu tabilħaqq jiġri fil-qasam teatrali lokali, jidhirli
li ta’ min nagħmel eċċezzjoni. L-aktar meta nara li ħafna drabi ssib
min jippreferi jżomm ħalqu magħluq għal raġunijiet li fil-fehma tiegħi
m’għandhom x’jaqsmu xejn ma’ prinċipji ta’ etika artistika.
Anthony Portelli meritatament rebaħ il-konkors Francis Ebejer u bħala
parti mill-premju d-dramm tiegħu kellu jiġi mtella’ u mwassal
lill-pubbliku Malti biex jintwera l-aqwa xogħol li daħal għall-konkors.
Fl-opinjoni tiegħi is-sur Portelli, li dan l-aħħar snin beda jisssema’
b’ġieħ fil-qasam tal-kitba drammatika, kellu l-ewwelnett jingħatalu
l-aqwa unur li ħaqqu billi xogħlu jidher fil-Manoel – il-Palk Nazzjonali
tagħna. Li ma sarx hekk huwa għajb. Il-kritika, speċjalment dik li tmur
’il hinn
minn
sempliċi kritika jew estetika, m’għandha taqta’ qalb lill-ebda awtur.
Anzi. Jekk ix-xogħol li awtur iwassal lill-pubbliku jkun xogħol li
l-awtur jaf li huwa ġenwin, li hu jħoss li hu dak li hu xieraq u kapaċi
jwassal lill-udjenza tiegħu, mela dak hu xogħol leġittimu. Iż-żmien biss
jagħti parir bosta drabi għal xogħol avangarditisku. Il-perspettiva
taż-żmien taf tgħidlek jekk dik il-viżżjoni artistika tal-kittieb
kienetx tajba jew le. Xiħadd qalli li dan mhux xogħol li ta’ min
jipprubblikah. Jien ngħid il-kontra. Irid – jeħtieġ li jiġi ppubblikat
– u aktar ma jkun kontroversjali, aktar għandu jiġi ppubblikat. Nerga’
ngħid, iż-żmien jaf jippremja aktar minn kwalunwkwe konkors. L-għadu
tas-sbuħija huwa ż-żmien, jgħidilna Yeats. Jista’ jkun, imma għal
kittieb nippreferi l-qawl Malti dwar x’jaf jagħti wkoll iż-żmien…
Nawgura lis-Sur Anthony Portelli li jkompli jikteb (m’għandix dubju) u
jżomm din il-kritika bħala xprun biex ikollu aktar suċċessi.
Il-parir li nista’ nagħti jien
lil min jidhirlu li l-aħħar riżulat tal-konkors m’għoġbux huwa li
pjuttost jistaqsi jekk kienx hemm xi xogħol ieħor li ħaqqu rebaħ u mhux
dan ix-xogħol li tela’ reċentement. Jew jekk kienx hemm xi kittieb ta’
drammi li sata’ daħal għal konkors u ma daħalx. Imbagħad nistaqsu wkoll
għaliex ġara hekk. Inutli nitkellmu privatament u nistqarru n-nuqqas
ta’ sodisfazjon tagħna minn taħt
il-taħt, inutli nitkellmu dwar perversità ta’ riżultati ta’ konkorsi
jekk dad-diskors ma jsirx fil-pubbliku. Personalment jien ili li
ddeċidejt li l-konkors huwa logħba ta’ l-azzard - agħar minn hekk, huwa
logħba ta’ l-azzard fejn kif jgħidu l-Amerikani, “the dice are loaded!”.
F’din l-aħħar edizzjoni tal-konkors, bħal f’bosta oħrajn, jien ma
dehrlix li stajt nipparteċipa u jkolli l-konvinzjoni li xogħli jista’
jsir ġudizzju xieraq minnu.
Apparti
t-togħma morra li ħallietli meta rbaħtu l-ewwel darba li sar, li għandi
kontra dan il-konkors hija n-nuqqas ta’ trasparenza – kemm meta tirbaħ…
aħseb u ara meta titlef! Fil-qosor. nara nuqqas ta’ trasparenza kemm
fl-għażla ta’ l-ġurija (li m’hix iħallsa milli nista’ nifhem!) kemm
bil-mod li l-awturi, taħt nom-de-plum (suppost) jibqgħu anonimi… u
mbagħad, aktar u aktar nuqqas ta’ trasparenza kif jiġu ġġudikati
d-drammi. X’rapporti jsiru mill-ġurija fuq kull dramm, u min jarahom?
Kif jista’ awtur ikun jaf min ivvota kontra xogħlu u għaliex?
Wara li jitħabbru r-riżultati u nqassmu ċekk ‘l hawn u ċekk ‘l hemm…
x’jiġri mid-drammi?
Jiġri li xi sena, sena w’nofs wara jittella’ d-dramm rebbieħ (b’ħafna
kontroversji) waqt li t-tieni u tielet u l-oħrajn kollha jistgħu qatt ma
eżistew.
Li għandi
kontra dan il-konkors, fuq kollox, hu li l-iskop tiegħu suppost hu li
jiskopri kemm xogħlijiet u kemm kittieba ġodda. Dwar kittieba ġodda,
żgħażagħ ma tarax wieħed b’nemes. Il-kittieba li ssemmew f’dawn l-aħħar
għaxar snin f’dan il-konkors kienu kollha… jew diġà
ta’ ċerta età
avvanzat (bħali), jew li ilhom “stabbiliti”, (hemm min ifesfes
skaduti.) Jista’ jkun li dawn il-kittieba zgħażagħ kienu fost dawk
li ma ssemmewx meta jitħabbru r-riżultati?
Wieħed
għandu jifhem kif nifhem jien li ix-xogħol ta’ konkors bħal dan għandu
JIBDA, mhux jispiċċa, wara li jitħabbru r-riżultati. Ma jistax ikun li
nibqgħu bil-mentalità li nistennew joħorġu l-kapolavuri, wieħed wara
l-ieħor, qishom pastizzi! Kull ma jagħtik kittieb bosta’ drabi,
speċjalment jekk qed taħdem taħt il-madmad ta’ “deadline” ta’ konkors,
ikun xogħol li joffri potenzjal għal żvilupp biex eventwalemnt jiġi
mirqum u żviluppat biex jidher quddiem udjenza nazzjonali. Dan
ix-xogħol ta’ kritika, xogħol ta’ drammaturġija (li hawn Malta ftit
naħseb li nifhmu eżatt x’inhu!), xogħol ta’ pre production and play
development workshops, dan ix-xogħol jibqa’ ma jsirx. Ix-xtieli
torja torja li jwelled konkors bħal dan jintremew u jinqerdu.. wara li
nabortjawhom!
F’ċirkostanzi bħal dawn ma nistagħġbux lix-xogħol rebbieħ
ta’ Anthony Portelli jiġi ttrattat kif jiġi ttrattat. Li għandna
nistaqsu hu kemm se ndumu naċċettaw din il-qagħda?
It-teatru b’lingwa barranija, speċjalment bl-Ingliż kull ma
jmur qiegħed dejjem aktar jirfina, aktar jgħolli l-livell ta’
produzzjoni u ta’ reċtar. Aktar jinstabu drammi relevanti. Li hija ħaga
ferm u ferm tajba. Jalla min jippreferi jaħdem f’dan il-qasam tat-teatru
jkompli sejjer dejjem għall-aħjar fil-qasam li għandu kull dritt jagħżel
li jaħdem fih. Forsi mbagħad meta naraw x’kapaċi jagħmel Malti b’lingwa
barranija forsi mbagħad nistaqsu...imma allura l-Malti x’inhu – iswed?
Forsi
l-affarijiet jinbidlu kieku jkun hemm min juri r-rabja tiegħu, juri li
tassew ma jistax jistaporti dan kollu aktar. Forsi jinbidlu għall-aħjar.
Forsi mbagħad xidarba nistgħu ngħidu li għandna Palk Malti, vibranti,
ħaj. Mhux palk malti ta’ l-okkażjoni, kull sentejn, bit-tqanciċ u
l-kontroversji kajmani. Dejjem jekk hemm min lest jiftaħ ħalqu, atturi,
kittieba u producers tat-teatru... Malti. Niftakru però – qed
nitkellmu fuq il-teatru... Malti. Mhux it-teatru tal-vanaglorja,
it-teatru turistiku, it-teatru tal-part-time job, it-teatru
opportunistiku. Għal dak it-teatru d-diskors ilu magħluq. Minn kellu
jikkapparra sehmu, ilu li kkapparah.
Lulju, 2002
Ittra li dehret f'IL-MUMENT fAwissu 2002.
|