1993
The MALETH Company
   
  
Simon Curmi - Mary Rone
Bonello
Fabian Scerri DeCarlo - Moira Muscat Michael Sciortino - Monica Attard
Marilou Coppini
Produzzjoni - Salvu Mallia

oreste calleja - ghasfur taċ-ċomb - teatru
malti
L-AWTO-ĠUDIZZJU
"il-konfront bejn il-bniedem
u l-kuxjenza..."
CHARLES BRIFFA
Nota dwar
GĦASFUR TAĊ-ĊOMB

|
|

EDIZZJONI ĠDIDA
- 2017 (Hardback
ISBN 978 99957 896 57)
Għasfur taċ-Ċomb,
ippubblikat
fl-1993 ra l-bidu bikri tiegħu bħala radjudramm fl-1970. Dan ipoġġih fi
żmien meta t-teatru Malti kien għaddej minn żmien ta’ enerġija u bidla
kbira, għalkemm kien perjodu li kellu jkollu għomor qasir. Kien iż- żmien
meta t-Teatru Modern Malti kien għad għandu biss ftit snin u għadu kemm
qed jibda jsib saqajh. It-twelid ta’ dat-teatru modern, li bħal oqsma oħra
tal-letteratura Maltija, speċjalment il-poeżija, kienu bdew jimirħu ‘l
bogħod mit-tradizzjoni u l-illużjonijiet li xekklu, aktar milli staġnew,
il-kitba b’ilsinna, (tal-anqas fil-fehma tal-kittieba żagħżagħ
tas-Sittinjiet.) Oreste Calleja kien wieħed minn dawn il-kittieba li mill-bidu
tal-ħidma tiegħu għażel kważi esklussivament li jikteb biss xogħol
drammatiku. Bħax-xogħlijiet bikrija tiegħu, u ta' bosta kittieba oħrajn ta’ l-epoka,
Oreste Calleja beda jikteb l-ewwel għar-Radju bil-Fil (magħruf bħala
Rediffusion) u l-ewwel verżjoni tad-dramm ixxandret fl-1970 taħt l-isem
“Għollieq fis-Serra”.
Dan ir-radjudramm jista’ jitqies bħala l-ewwel stesura tal-ġrajja li wara
kellha tiġi mlaħħma u żvillupata fi dramm ta’ tliet atti u epilogu li ra
l-pubblikazzjoni finali tiegħu fl-1993 - tlieta u għoxrin sena wara.
Ma hemmx dubju li wieħed jista’ jara li din il-qabża ta’ żmien bejn epoka
u oħra, (jiġifieri dik ta’ Malta immedjatament post-indipendenti u dik
tal-bidu tas-seklu ġdid, snin wara) hija riflessa fid-dinja testwali tad-dramm.
Infatti, bejn il-bidu tad-dramm - l-ewwel att, l-ewwel xena - u fl-Epilogu
li bih jispiċċa d-dramm, wieħed jara l-mogħdija ta’ għexieren ta’ snin -
il-qabża bejn is-sittinijiet u t-tmiem tas-Seklu Għoxrin.
L-implikazzjonijiet soċjopolitiċi, kif ukoll l-isfond ta’ kultura antika
li waslet biex tara t-theddida ta’ 'reviżżjoni radikali ta’ valuri li għal
żmiem twil kienu miżmuma bħala intokkabbli, hija d-dinamika li toħloq
il-konflitti li joħoġu mid-dramm. Daqskemm hija kbira l-kilba
għall-ħelsien, daqstant hija soda r-rabta umbilikali mal-kenn tat-tradizzjoni.
L-influwenza tal-passat fuq il-preżent, il-weġgħa inevtitabbli li wieħed
irid jgħaddi minnha biex jipprova jinqata’ minn dak li jorbtu ma’ dak li
żamm għalih għal żmien twil biex jerġa’ jitwieled mill-ġdid bħala bniedem
“ħieles”, huma fatturi li jikkontribwixxu biex tintfiehem aħjar id-dilemma
tal-protagonista, Samwel. Għalkemm huwa l-“Angry Young Man” par exellance,
fl-istess ħin huwa magħġun mill-istess valuri li jixtieq jiċħad. Fi tmiem
it-tielet att, meta Samwel ma jistax jaħrab aktar id-deċiħjoni jekk
jitlaqx mid-dar ta’ l-antenati tiegħu jew le, Petra tistaqsih “Min miet
tassew hemmġew?” biex ftit waqtiet wara Samwel innifsu jkompli jinsisti li
issa li huwa “tassew ħieles”, issa jista’, forsi, “jimxi fuq l-ilma”. Jekk
din hix biss illużżjoni jew le, li wieħed tassew jaħrab l-imgħoddi, kemm
personali, kemm ta' ġens sħiħ, hija l- mistoqsija li fuqha huwa minsuġ id-dramm.
Imma Samwel huwa l-anti-eroj tipiku ta' ġenerazzjoni mwielda taħt it-theddida
ta’ olokawstu nukleari, donnu kkundannat minn ġufu għall-awto-distruzzjoni.
Il-mewta tiegħu, (żvelata sommarjament fl-epilogu għoxrin sena wara minn
Petra, eredi u unika superstita) hija banali daqs kemm hu stess seta ra l-eżistenza
tiegħu - imut fuq mutur (għasfur taċ-ċomb) imkaħħal ma’ korozza (Ford
Cortina = Sa Petronja = id-dinja li ċaħad?) fuq ir-Regional Road, it-triq
ta’ Malta ġdida.
Għax bħalma Calleja kien iddedika d-dramm
Ċens Perpetwu (1969) “Lil Malta”
(ħames snin biss wara l-Indipendenza) jidher ċar li wkoll Għasfur tac-Ċomb
huwa wild l-istess preokkupazzjonijiet, u b’rabta sħiħa ma’ għeruq
nazzjonalistiċi. Meta wieħed joħroġ ‘il hinn mill-livell realistiku tad-dramm,
fid-dar antika tad-Depawli wieħed jista’ jara riflessa metafora ta’ qagħda
storika-kulturali ta' ġens u nazzjon sħiħ, nazzjon antik fuq xifer ta’
twelid ġdid mimli possibiltajiet, imma safrattant, bidu ġdid mimli wkoll
apprensjonijiet u twegħir. U fuq kollox, xorta mgħobbi bl-imgħodd - bħall-bebbux
ta’ Eżra (personifikazzjoni tal-kuxjenza ħatja) li joħroġ mal-ewwel xita,
ikaxkar daru fuq dahru.
Id-dar antika tad-Depawli rat bosta ġrajjiet u tgħabbiet b’bosta ħtijiet.
Il-ġonna, darba esetensivi u mogħnija bil-frott, issa huma mitluqin u
għera - xhieda konkreta ta’ qagħda ta’ rovina, kemm fiżika, kemm morali,
ta’ min jabitaha. Minn barra l-ħitan tal-ġonna, swar abandunati mill-għassiesa,
toqrob dejjem aktar l-invażżjoni dejjem aktar azzardata tal-predituri
- in-nassaba u l-kaċċaturi. L-għeluq mgħasses għal tant sekli saflaħħar
ikollu jċedi s-sigrieti.
L-epilogu jikkonferma li dan issa huwa l-imgħoddi. Illum il-ġonna huma l-għaxqa
tal-pajjiż, waqt li d-dar saret tabilħaqq “mużew”. Tgħammar fiha, jew
tgħasses fuqha baqa’ biss Petra, ixjeħ u weħedha, l-unika superstita
tal-ġrajja.
    
INTERVISTA MAL-AWTUR
fil-MUMENT,
27 ta' ĠUNJU 1993
minn Paul Falzon dwar "Għasfur
taċ-Ċomb" |

"Meta
jitqies li l-kumment fundamentali tal-awtur hu kumment "Malti",
rilevanti u jiftiehem skond qari kritiku tas-soċjet� kontemporanja marbuta
sfiq mal-imgħoddi, il-konklużjonijiet
ma jistgħux ma jqanqlux tħassib.
Calleja jdaħħal lill-ispettaturi Maltin fil-gwardarobba qadima tad-dar
magħluqa Maltija, u f'dik ir-rassa tal-għeluq jurihom dinja li daqskemm
hi attwali hi wkoll oġġett
ta' mużew. Fid-dinja ta' Calleja
l-arloġġi waqfu,
iż-żmien baqa' għaddej
u l-bniedem jinsab mifxul bħal min tilef il-memorja u jaf xorta waħda li
xjaħ.
Għal darba oħra l-pubbliku Malti għandu xhieda ta' kemm il-kelma maħsuba u
mħassba ta' l-awturi tiegħu hi rilevanti u mimlija inkwiet. U-mottiv
ewlieni, wara kollox, kien ftit jew wisq l-aljenazzjoni. It-tweġiba sseħħ
billi tintiseġ litanija ta' mistoqsijiet ġodda."
Minn
ID-DINJA MAGĦLUQA
TA' ORESTE CALLEJA
DAĦLA
TAL-PROFESSUR OLIVER FRIGGIERI għall-pubblikazzjoni tal-1993
==========================
RITORN TAJJEB TA' ORESTE
reċensjoni ta'
JOE FELICE PACE IL-ĠENS - Lulju 1993
========================

The
first stage version of the play was presented at the
1972 Akkademja
tal-Malti drama competition
where it won the distinction of being awarded recognition of merit for plays
written by 'younger" (sic) authors (under 31 years of age).

|
|