|
NOTI BIJOGRAFIĊI
DRAMMI BIKRIN
DRAMMI REĊENTI
PUBBLIKAZZJONIJIET
ARKIVJU
PALK MALTI KONTEMPORANJU
|
|
Dak li hu, dak li mhux u dak li qatt ma se jkun. L-hekk imsejħa żviluppi fit-teatru Malti |
|
|
||
|
Biex
xiħaġa ta' kwalitả tkun tista' sseħħ jeħtieġ li jinħoloq spazju battal.
Peter Brook |
|||
|
F’dan il-baħħ inpenetrabbli tat-teatru Malti, dan il-vojt imraqqa' bil-qargħaħmar ta’ sforzi kultant medjokri, kultant imqanżħin, kultant (rarament) tajbin, jispikka n-nuqqas totali ta’ sforzi ġenwini u strutturati biex noħorġu d-dramm Malti għall-beraħ. Jekk għandek nies li ma jemmnux li l-Palk Malti ta’ min jirxuxtah (jekk xidarba kien ħaj), jekk għandek nies li t-teatru għalihom huwa hobby, jew wisq, agħar, part-time job, jekk għandek nies li ħeġġa għat-teatru għandhom kemm trid, imma l-isforzi tagħhom jippreferu jitfgħuhom wara proġetti li diġà għandhom it-tlellix garantit, jew għax impurtawhom minn barra, jew għax kummiedji, jew għax hemm it-tfal, l-istudenti, li jiggarantulek attendenza, wieħed kultant jasal għall-konkluzjoni li ftit għad hawn min lit-teatru jarah bħala “arti”. Meta hawn nies li m’għandhomx xrara li hi xrara artistika ġo ruħhom li tqanqalhom ġenwinament. Personalment ma nistax nimmaġina kif hawn min iqis ruħu bħala “artist” tal-palk, imbagħad imur ifittex sodisfazzjon għall-“arti” tiegħu fi proġetti li la jagħmlu gieħ lil min itellagħhom u lanqas lil min jarahom.
Possibli li kull ma jimpurtana hu li
nidhru, li nippużaw, li ndaħħlu ftit liri żejda?
Il-baħħ mhux daqstant verġni.
Ma nafx, pereżempju, x’ġara minnu l-iskript tiegħi li xi ħames snin ilu
bgħattilhom flimkien ma’ applikkazzjoni biex intella' (minn
buti) dramm li rebaħ l-ewwel Konkors Premju Francis
Ebejer.
Ma nafx qattx bagħtu
risposta... (naf żgur li ma waslitlix). Ma nafx. Issemmew l-eluf li jintefqu fl-opri. Issemmew li aħna
għandna teatru ta’ xeħta “turistika” (Din kundanna jew
ġustifikazzjoni tat-teatru tagħna?). Ma nafx kemm dan huwa veru.
Ma nafx kemm qed inkunu “elisti”, jew
inkella opportunisti.
Kulħadd kapaċi jlablab, jippoża, u jpaċpaċ u jippontifika
fuq x’inhu u x’għandu jkun teatru nazzjonali.
Ħag'oħra li
Mela x'nagħmlu?
Imma allura jekk mhux il-Manoel, min se jagħmel Meta se nagħmlu xiħaġa? iqumu l-irwiefen? Ħadt l-impressjoni li, l-ewwelnett, it-teatru Manoel sodisfatti b’dak li qed jittella' hemm (għal dak li hu teatru Malti), jew, jekk m’humiex, ma jafux x’jaqbdu jagħmlu biex is-sitwazzjoni titjieb. Ħadt l-impressjoni wkoll li min irid jagħmel xiħaġa, jipprova xiħaġa ġdida, ifittex triq oħra kiex jittakilja l-problema, qed jaħseb li l-Manoel, mill-eluf ta’ liri li jonfoq fuq l-opri u l-mużika, jista’ jwarrab xi lira għall-Palk Malti ġdid. Ovvjament tal-Manoel qed jgħidu li dan impossibbli...
Soluzzjoni oħra tista’ tkun li
d-Dipartiment tal-Kultura jipprova jara hemmx xi ċans
li l-baġit jinfirex xi ftit aktar lejn Palk Malti ġdid.
Ir-riċetta sorpassata u skaduta ta’ xi konkors ta’ drammi kull
sentejn tidher li hija biss paraventu biex nidhru li taparsi qed
nagħmlu xiħaga.
Ta’ min isemmi hawnhekk li
t-tnedija ta’ konkors għandu jkun IL-BIDU tal-proċess li minnu għandu
joħroġ il-frott ta’ kitba għall-palk. Ix-xogħol irid JIBDA wara
li jinqraw u jiġu ppremjati (jew le) l-iskripts. Possibli veru
li ħadd qatt ma sema’ bi play-development programs? Possibbli li ħadd ma sema bi drammaturgi (fis-sens professjonali tal-kelma) li jgħinu jitrawwem kittieb ġdid, produzzjoni ġdida. Imma qed ninsa – hawnhekk wara l-pożi u l-preżentazzjonijiet jingħalaq is-siparju u ma jinfetaħx ħlief sentejn wara.
Hemm skop li wieħed jipprova jqajjem xi ftit il-kuxjenza, kemm
ta’ min jgħid li qed jaħdem fil-qasam tal-palk, u kemm ta' min
għandu l-inkariku li jara li dal-qasam ma jibqax injurat bħal
ma dejjem kien?
Ngħid għalija... niddubita.
Il-flus jibqgħu imorru fejn dejjem marru, min għalaq widnejh se
jkompli jagħlaq widnejh, min għamel għomru jmexxi (jew iħalli
min imexxih) se jibqa’ jagħmel hekk, u min dejjem tpaxxa jara
l-artist Malti injurat u mkasbar, se jibqa’ jitpaxxa
bl-importazzjoni tat-talent barrani. Basta mhux Malti
Is-sħana għamlet bija u se nieqaf hawn. Ninżel sax-Xalè
u nitħallat maċ-ċorma talent barrani li nimpurtaw kull sena minn
barra. Dan l-istaġun il-qabda kienet tajba u ta’ min wieħed
jitpaxxa biha. U
biex nirreċiprokaw u npaxxuhom (u jerġgħu jiġu sen’oħra) ċert li
se nsibu xiħaġa biex naljenawhom. U għal dan l-iskop
m’hemmx bżonn il-Palk Malti. |
||||
|
|
|
|||
|
NOTI BIJOGRAFIĊI DRAMMI BIKRIN DRAMMI REĊENTI PUBBLIKAZZJONIJIET ARKIVJU |
||||
|
|
||||